l-Ikonografija tal-Ġimgħa Mqaddsa

By Carmelite Priory Mdina | in:
Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Il-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina
  • Date :

    Is-Sibt 17 ta’ Marzu, 2018
  • Time :

    Mid-9.30 am san-12.30 pm.
  • Price :

    Dħul b'xejn

L-ikonografija, jiġifieri l-arti tal-ikoni, diffiċli tifhimha, għalmenu għalina tal-punent. Naħseb li dan hu effett tal-fatt li aħna bqajna marbutin mal-Barokk, li bqajna nħaddnuh anke mis-seklu 21 meta ilu li spiċċa żmienu. Tant nifhmuhom biss li llum kull xbieha qed insejħu ikona, anke meta ma jkunux.

Apparti dan, aktar jintużaw biex iżejnu milli għall-iskop li jsiru: dak li titlob u tersaq lejn id-Divin. Għax l-ikona li tħares lejha, minħabba s-sempliċita’ tagħha, tnissillek ċertu paċi u tgħinek tiskot biex taħseb u tirriflettiminħabba f’kekk, l-ikoni ingħataw diversi titli li jixhdu dan, bħal pereżempju twieqi għal fuq il-ġenna.

U għalhekk nassumi li wirja bl-ikoni tnissel kurżita’, għalkemm jista’ jkun hawn min jgħidelek: “u dawn mhux kollha l-istess!”

• Imma x’nifhmu b’ikona?
• X’jagħmel ikona?
• Għaliex ikona tiktibha?
• Il-kuluri jfissru xi ħaġa?

Għalhekk b’rabta mal-wirja li ser tkun għaddejja fil-kjostru tal-Karmnu ġewwa l-Imdina, ser isir nofstanhar seminar biex nispjegaw mistoqsijiet bħal dawn li forsi għandek. Apparti li nwieġbu dawn il-mistoqsijiet, ser niffokuaw ukoll fuq l-ikonografija tal-Ġimgħa Mqaddsa, kif żviluppaw u l-ħsieb warajhom.

Narak. Il-paċi miegħek.


BIJOGRAFIJIA

Vincent twieled ir-Rabat, Malta, fl-1957. Studja taħt diversi artisti. Fl-2009 għamel kors qasir fl-ikonografija ma’ Fr. Nathaniel Theuma f’Conflenti, l-Kalabrija, l-Italja. Iggradwat bħala għalliem tal-Arti u l-Krafts. Hu ggradwat ukoll fit-Teoloġija. Ħa sehem f’diversi wirjiet, kemm kollettivi, kif ukoll personali.

L-ewwel wirja personali saret fl-2005 fil-Mużew Wignacourt, ir-Rabat, Malta.

Wara saru żewġ wirjiet personali fis-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Mosta: IRKEJJENfl-2008 u aγιος (Agios – Qaddis) fl-2014 rispettivament.

Ħa sehem ukoll f’wirja kollettiva ma’ ikonografa oħra fil-Palazz presidenzjali ta’ San Anton fi żmien il-Milied tal-2012.

Ir-raba’ wirja personali bit-titlu Dipso – Għandi l-Għatx – Ġwanni 19, 28) saret fil-Mużew Dar Karmni Grima, l-Għarb, Għawdex fl-2015.

Fis-sentejn ta’ wara ħa sehem f’wirjiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, 2016 fil-Kantina ta’ Santu Wistin ir-Rabat u fl-2017 fil-Każin La Victoria, Mellieħa.

Proġett importanti hu kurċifiss kbir flimkien ma’ San Pietru u San Pawl u l-erba’ Evanġelisti għas-Sagristija tal-Knisja tal-Franġiskani Minuri fir-Rabat, Malta. Sar ukoll kurċifiss imħaddan minn San Franġisk għall-kappella privata tagħhom.

Vincent Mangani huwa irtirat. Hu ukoll membru tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

Tel: 21454353
Mobile: 79053348
Email: vimang@onvol.net

Il-Ktieb il-Kbir

Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook