“Fil-kwiet u l-fiduċja tinsab il-qawwa tagħkom” (Is 30:15)
Ir-Regula Karmelitana tikkwota lill-Profeta Iżaija meta tkellimna dwar it-tama li tmexxina fil-ħajja tagħna ta’ dixxipli ta’ Ġesù li nterrqu fit-triq tal-Evanġelju li hu wriena. F’dinja li kulma tmur tidher li ma tarax tama, in-nisrani huwa mħeġġeġ iħares din il-virtù b’qawwa li toħroġ mill-Irxoxt.
F’dan l-irtir immexxi minn P. Charlò Camilleri, Karmelitan, nidħlu fina nfusna biex quddiem Alla niskopru mill-ġdid it-tama. F’din il-mixja niskopru wkoll x’inhuma l-għajnuniet li tagħtina r-Regula Karmelitana biex inħarsu u nkabbru fina din il-virtù teologali.