Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Kunvent tal-Karmelitani, L-Imdina
  • Date :

    31 Marzu, 2017
  • Time :

    9.00am - 2.30pm
  • Price :

    L-Irtir hu bla ħlas.

Irtir tar-Randan madwar is-Salmi Penitenzjali

Irtir tar-Randan madwar is-Salmi penitenzjali – 31 ta’ Marzu
Imexxi P. Alexander Vella, O.Carm.

Din is-sena għar-Randan, minflok l-eżerċizzi, ħsibna li noffru ġurnata rtir flimkien mal-Fergħa tat-Terz Ordni Kamelitan tal-Mdina. L-eżerċizzi din is-sena jsiru fil-Knisja Katidrali kull nhar ta’ Ħadd wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Jgħinuna fir-riflessjoni tagħna is-seba’ Salmi Penitenzjali. Kulħadd misrieden għal dan l-irtir. Min jixtieq jieħu sehem jeħtieġlu jirriserva post. In-numru huwa limitat sabiex tinżamm iktar il-ġabra u s-skiet.

Matul ir-Randan fil-Liturġija nitolbu bosta drabi s-Salmi hekk imsejħa Penitenzjali. Dawn huma seba’ Salmi li jesprimu dieqa u ndiema għad-dnubiet. Fil-qedem kienu jintużaw mill-Penitenti u sas-seklu sitta kienu diġà bdew jitqiesu bħala kategorija għalihom mill-bqija tas-Salterju (= il-Ktieb tas-Salmi). Is-Salmi Penitenzjali huma is-6, it-32, it-38, il-51, il-102, il-130, u l-143 u fit-tradizzjoni Nisranija bdew jiġu nterpretati bħala salmi li jindikaw is-seba’ modi ta’ kif nirċievu l-maħfra ta’ dnubietna, fil-magħmudija, l-martirju, l-għoti tal-karità, il-maħfra ta’ min hu ħati għalina, il-konverżjoni, l-imħabba u l-penitenza bħala rimedju wkoll għas-seba’ dnubiet hekk imsejħa l-mejta. Xi awturi wkoll sa miż-Żminijiet tan-Nofs bdew jaraw fihom sellum b’seba’ skaluni li permezz tagħhom nitilgħu it-telgħa tal-perfezzjoni Nisranija.

P. Alexander Vella, O.Carm., Biblista, se jmexxina f’dan l-irtir madwar dawn is-Salmi biex nixorbu mill-għana tagħhom u nitgħallmu nitolbu wkoll u nesprimu lilna nfusna quddiem Alla bil-kliem tal-Iskrittura, waqt li niftakru li s-Salmi huma t-talba uffiċċjali tal-Knisja u li aħna mħeġġin biex nużawhom fit-talb matul il-jum tagħna.

Programm tal-Irtir

09.00 Talb tal-bidu
09.15 Taħdita
10.00 Kafè
10.15 Talb fis-Skiet
10.45 Taħdita
11.30 Quddiesa
12.15 Ikla ta’ Nofsinhar
13.15 Adorazzjoni

Għall-irtir ma hemmx ħlas. Min jixtieq iħalli donazzjoni libera għall-ispejjeż tal-ikel u n-noti.

Indirizz elettroniku: info@carmelitepriory.org

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook