F’għeluq il-500 sena mit-twelid ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, il-Karmnu tal-Mdina b’kollaborazzjoni mad-Drama Centre qiegħed itella’ ir-recital “Il-Kastell Interjuri”.
Din il-kitba ta’ Mario Azzopardi issib l-ispirazzjoni mit-trattat mistiku ta’ Santa Tereża fuq l-istadji mistiċi tal-ħajja tat-talb, fejn in-namrata ta’ Alla tgħaddi minn għamara għal oħra fil-kastell ġewwieni tagħha nnifisha sakemm tasal li ssib fil-qalba ta’ ruħha l-Għarus Divin fit-temma taż-żwieġ mistiku. Din l-interpretazzjoni letterarja tal-Kastell Interjuri ta’ Tereża ta’ Ġesù hija mżewwqa wkoll b’kant liturġiku u reliġjuż u bi djalogi bejn ir-ruħ u t-tfajliet li jakkumpanjawha f’dan il-vjaġġ ġewwieni li mill-instasi jdaħħalha fl-estażi mistika li tiżboq il-kliem u l-fantażija.
i have just made an entry in my diary so as not to miss this production. Although i wish somebody would tell me from which door to enter to see this play.
One Comment to "“Il-Kastell Interjuri”"
i have just made an entry in my diary so as not to miss this production. Although i wish somebody would tell me from which door to enter to see this play.
with thanks and kind regards,
carmelina
Go Ahead, Leave A Comment