Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Kunvent tal-Karmnu, Mdina
  • Date :

    Sena 2018 - 19
  • Time :

    mid-9.30am sal-4.30pm

Programm tal-lezzjonijiet
fil-Kors Bażiku ta’ Spiritwalità
(2018-2019)

Carmelite Institute Malta (CIM) ġie mwaqqaf mill-Provinċja Karmelitana Maltija bl-għan li joffri formazzjoni fl-Ispiritwalità permezz ta’ korsijiet u riċerka. B’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, dan l-Istitut joffri wkoll Masters fl-Ispiritwalità Karmelitana. CIM jaħdem ukoll f’kollaborazzjoni ma’ diversi Istituti oħra Karmelitani ta’ Spiritwalità madwar id-dinja. L-għan ewlieni ta’ CIM huwa li joħloq spazju fejn il-persuni jistgħu jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla permezz tal-istudju tal-awturi u t-testi l-kbar tal-ħajja spiritwali.

Għal darb’oħra il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.

Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.



L-Ewwel SENA

BCS1001 – Il-Ħidma t’Alla fil-Ħajja u fl-Istorja tal-Bniedem
6 ta’ Ottubru
Drs Christopher Bezzina; Drs Michael Mercieca

BCS1002 – It-Tweġiba tal-Bniedem lil Alla
24 ta’ Novembru
Rev. Drs Glen Attard, O.Carm.

BCS1003 – L-Istorja tal-Ispiritwalità Nisranija
22 ta’ Diċembru
Is-Sur Claudio Laferla

BCS1004 – Il-Ħajja Spiritwali fi Tradizzjonijiet oħra
12 ta’ Jannar
Prof. Michael Zammit; Prof. Martin Zammit

BCS1005 – It-Tfittxija ta’Alla fid-Dinja Kontemporanja
16 ta’ Frar
Ms Pia Attard Yeon

It-Tieni SENA

BCS1006 – Il-Pedamenti u l-Qċaċet tal-Ispiritwalità Karmelitana
6 ta’ Ottubru
Rev Joe Saliba; Rev. Dr Charlò Camilleri

BCS1007 – L-Iżvilupp tal-Iskejjel tal-Ħajja tat-Talb
24 ta’ Novembru
Rev. Dr Charlò Camilleri

BCS1008 Il-Kontemplazzjoni fil-Karmelu
22 ta’ Diċembru
Rev. Dr Glen Attard

BCS1009 – Il-Proċess tat-Trasformazzjoni
12 ta’ Jannar
Is-Sur Tonio Caruana

Electives

Id-Duttrina Mistika tal-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech: Ħajtu u Kitbietu
16 ta’ Frar
Rev. Dr John Berry

San Ġwann tas-Salib
16 ta’ Marzu
Ms Rita Grima

Titu Brandsma: Mistika u Profezija
27 ta’ April
Sr Sanny Bruijns

Il-Verġni Marija fil-Ħajja Spiritwali
25 ta’ Mejju
Rev. Dr Charlò Camilleri; Sr Veronica Gerada

Santa Tereża ta’ Ġesù
15 ta’ Ġunju
Rev. Dr Charlò Camilleri


Ħinijiet

Il-korsijiet jingħataw f’forma ta’ seminar li jtul mid-9.30am sal-4.30pm. Il-lezzjonijiet ikunu ta’ tliet kwarti l-waħda u jkun hemm pawsiet għall-kafè. Fin-12.30pm jkollna l-quddiesa u pawsa ta’ siegħa.

09.30 Lezzjoni -1
10.15 Pawsa
10.30 Lezzjoni -2
11.15 Pawsa
11.30 Lezzjoni – 3
12.15 Pawsa
12.30 Quddiesa
13.15 Pawsa
14.30 Lezzjoni – 4
15.15 Pawsa
15.30 Lezzjoni – 5
16.15 Pawsa
16.30 Lezzjoni – 6

Il-Bibljoteka tal-Kunvent hija wkoll miftuħa għal dawk li jieħdu sehem fil-korsijiet. Il-kotba madanakollu ma jiġux mislufa ħlief għall-qari fil-kunvent.

P. Charlò Camilleri, O.Carm.
Direttur Eżekuttiv


Comments are closed.

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook