Il-Ktieb il-Kbir

By Carmelite Priory Mdina | in:
Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Fil-Kjostru tal-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina
  • Date :

    It-Tnejn 12 u l-Erbgħa 28 ta’ Marzu, 2018
  • Time :

    Kuljum mill-10.00 am sal-4.00 pm
  • Price :

    Dħul b'xejn

Il-Ktieb il-Kbir hija wirja ispirata mill-misteru tal-Kurċifiss. Għal bosta qaddisin Karmelitani u wkoll għal San Ġorġ Preca, Ġesù Kurċifiss huwa tassew Il-Ktieb il-Kbir li minnu aħna nitgħallmu ngħixu skont il-Qalb ta’ Alla għax Ġesù Kurċifiss huwa għajn ta’ kull virtù.

F’din il-wirja Vincent Mangani, SDC, jgħinna bil-kitba tal-ikoni, nimmeditaw fuq il-misteru tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej u fiha naraw diġà s-Sebħ tal-Għid u r-rebħa ta’ Alla fuq il-ħażin.

20% tal-bejgħ kollu li jsir imur għall-bżonnijiet tal-Komunità Karmelitana fl-Imdina. Sponsorjat minn The Farsons Foundation


Il-Ħadd 11 ta Marzu
Ftuħ ta’ wirja ta’ IKONI: fid-9.45 am
kulħadd huwa mistidien

Is-Sibt 17 ta’ Marzu
ikun hemm nofstanhar seminar dwar l-Ikonografija
tal-Ġimgħa Mqaddsa mid-9.30 am san-12.30 pm.


Bijografijia

Vincent twieled ir-Rabat, Malta, fl-1957. Studja taħt diversi artisti. Fl-2009 għamel kors qasir fl-ikonografija ma’ Fr. Nathaniel Theuma f’Conflenti, l-Kalabrija, l-Italja. Iggradwat bħala għalliem tal-Arti u l-Krafts. Hu ggradwat ukoll fit-Teoloġija. Ħa sehem f’diversi wirjiet, kemm kollettivi, kif ukoll personali.

L-ewwel wirja personali saret fl-2005 fil-Mużew Wignacourt, ir-Rabat, Malta.

Wara saru żewġ wirjiet personali fis-sede tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Mosta: IRKEJJEN fl-2008 u aγιος (Agios – Qaddis) fl-2014 rispettivament.

Ħa sehem ukoll f’wirja kollettiva ma’ ikonografa oħra fil-Palazz presidenzjali ta’ San Anton fi żmien il-Milied tal-2012.

Ir-raba’ wirja personali bit-titlu Dipso – Għandi l-Għatx – Ġwanni 19, 28) saret fil-Mużew Dar Karmni Grima, l-Għarb, Għawdex fl-2015.

Fis-sentejn ta’ wara ħa sehem f’wirjiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, 2016 fil-Kantina ta’ Santu Wistin ir-Rabat u fl-2017 fil-Każin La Victoria, Mellieħa.

Proġett importanti hu kurċifiss kbir flimkien ma’ San Pietru u San Pawl u l-erba’ Evanġelisti għas-Sagristija tal-Knisja tal-Franġiskani Minuri fir-Rabat, Malta. Sar ukoll kurċifiss imħaddan minn San Franġisk għall-kappella privata tagħhom.

Vincent Mangani huwa irtirat. Hu ukoll membru tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

Tel: 21454353
Mobile: 79053348
Email: vimang@onvol.net


Vince Mangani jikteb:

L-ikoni minn dejjem affaxxinawni. Min jafni jista’ jixhed għal dan. Fl-1993 kont magħżul mis-Superjuri tiegħi biex inkun wieħed minn tlieta biex nagħtu bidu għas-Soċjeta’ tal-Museum u ftuħ ta’ skola fl-Albanija, fi żmien meta l-Albanija kienet għadha ħierġa mill-agħar żmien tal-Kommuniżmu fl-Ewropa. Korca, il-post fejn kellna nagħtu dan il-bidu, kien imiss mal-Greċja u kull darba li kien ikollna bżonn nidħlu l-Greċja għax-xiri, kien iġibni f’kuntatt mal-Knisja u l-kultura Ortodossa. Anke ġo Korca stess u fl-irħula tal-madwar kien hemm ħafna niċeċ u knejjes li jew salvaw iż-żmien Kommunista jew reġgħu nibtu mal-ftuħ mill-ġdid tal-pajjiż. Bil-mod il-mod, dan il-kuntatt dirett kabbar fija l-imħabba u l-istagħġib lejn l-ikoni. Meta erġajt lura Malta, ġejt mitlub nagħti taħdita dwar l-ikoni. Xtrajt xi kotba mal-ftit li diġa’ kelli, u għamilt tiftix sew dwarhom, flimkien ma’ sett slides li ġbidt apposta għal din it-taħdita u numru ta’ transparencies biex nuża waqt din it-taħdita. B’hekk dħalt aktar fil-fond dwar il-ħsieb profond li hemm idawwar kull ikona. Fl-1998 pinġejt l-ewwel tnejn, permezz ta’ l-akwarelli fuq il-karta.

U x-xewqa li jkolli ikona li nkun għamilt jien stess baqgħet tikber fija.

Fis-snin 2004-2005 għaddejt minn żmien ikrah. Fi ftit xhur tlifna tliet membri tal-familja ferm viċin tiegħi. Minħabba f’hekk ma stajtx nibqa’ nattendi b’mod regolari l-qasam tal-Museum u sibt li f’idejja kelli ħafna ħin għax ħafna drabi kont nibqa’ d-dar għal dak li seta’ jinqala’, jew sakemm isir il-ħin li mmur inżurhom l-isptar. U dan il-ħin bdejt nimlieh bix-xewqa li minn dejjem kelli: permezz tal-ikoni.

Bdejt nuża l-acrylics, midjum ġdid li kont għadni qed niskopri. Barra li kont qed nara ħolma ssir realta’, il-kitba tal-ikona saret għalija mistrieħ u serħan mill-istress kollu li sibt ruħi fih. Ġieli qattajt siegħat sħaħ, iżda drabi oħra kont nisraq il-ħin, ġieli ftit minuti filgħaxija, wara li kont niġi lura mill-isptar. Inħares lejhom biss kienu jserrħuni u jnisslu fija ċertu paċi tal-qalb. Aktar tard bdejt indaħħal ukoll l-użu tal-gold leaf fir-raġġieri.

Il-Ktieb il-Kbir

Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani
Vincent Mangani

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook