Wirja ta’ kwadri stella’ mill-artist-ikonografu Nathanael Theuma ispirati mill-ewwel vers tal-Evanġelju skont San Ġwann u mill-ikona famuża orjentali ta’ Andrei Rublev (1360-1430).
It-tfittxija artistika umana-spiritwali li jagħmel l-artist twasslu biex jesprimi l arti tiegħu permea ta’ ġeneru artistiku li jvarja mill-viżiv figurative għal dak astratt.
It-twemmin li Alla ta’ Ġesù il-Kristu huwa ‘Relazzjoni’ jagħmel minn dawn il-kwadri qabża li togħdos fil-baħar ta’ dak li jidher u dak li ma jidhirx, ta’ dak li hu magħruf u dak li mhux, dak li hu tanġibli evidenti u dak li jibqa biss kunċett jew saħansitra astrazzjoni.
πρὸς τὸν θεόν se tkun miftuħa bejn il-25 ta’ Novembru u d-9 ta’ Diċembru 2018, fil-Karmnu tal-Imdina.
Dakinhar tal-ftuħ nibdew b’taħdita qasira mill-artist fis-sala tal-kunvent fl-4pm u wara jsir il-ftuħ tal-Wirja.
l-Ħadd 2 ta’ Diċembru 2018, l-Ewwel Ħadd tal-Avvent ikollna nofstanhar irtir tal-Avvent ispirat mix-xogħlijiet murija fil-Wirja.
08.30am Quddiesa tal-ħin fil-Knisja
09.15am Kafé
09.45am Theosis: Alla fina aħna fih
10.30am Meditazzjoni viżiva
11.00am Collatio
11.30am Pawsa
11.45am Prὸs tὸn Theón: Ma’ Alla u lejn Alla
12.30pm Ikla ħafifa
Kemm id-dħul għall-Wirja kif ukoll is-sehem fl-irtir huwa bla ħlas. Kull donazzjoni hija apprezzata sabiex inkopru l-ispejjeż u tkunu qed tgħinuna nkomplu naqdukom spiritwalment.
Go Ahead, Leave A Comment