Terz’ Ordni Karmelitan – L-Erbghat tal-Madonna tal-Karmnu
Waħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija.
Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet waqt il-Ġublew tal-1500 meta f’pellegrinaġġ lejn il-qabar ta’ San Pietru fil-Vatikan min-Napli, l-Karmelitani tellgħu magħhom l-ikona tal-Madonna s-Samra miġjuba minn fuq l-Għolja tal-Karmelu u li tqegħdet fil-Bażilika tal-Vatikan għall-okkażjoni. Lady of Mount CarmelImma tant ġibdet id-devozzjoni tan-nies li l-Papa ordna li tinżel lura lejn Napli mnejn ġiet għax kienet qed ittellef fil-qima lejn il-qabar ta’ Pietru. Matul il-vjaġġ lura jingħad li saru għadd ta’ għeġubijiet u ntlaqgħet lura fis-Santwarju Karmelitan f’Napli b’entużjazmu liema bħalu. Minħabba li dakinhar ħabat l-Erbgħa, il-jum baqa’ marbut ma’ dan l-avveniment u d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu.
Dati tal-laqghat
Sep 5
Oct 3
Nov 7
Dec 5
Jan 2
Feb 6
Mar 6
Apr 3
May 1
Jun 5
Jul 3
Programme of all events for the academic year 2018-9 can be accessed from here
Go Ahead, Leave A Comment