Facebook Page Available
  • LOCATION :

    Carmelite Priory Mdina
  • Date :

    Is-Sibt 13 ta’ Frar 2016
  • Time :

    09.30am – 12.15pm u 02.30pm – 06.00pm
  • Price :

    20 Ewro

F’dan il-module nippruvaw inwieġbu l-mistoqsija dwar jekk il-bniedem għadux ifittex lil Alla. Jekk iva, kif? Jekk le, għaliex? X’inhuma s-sinjali u s-sensibilitajiet li għandna nfittxu li ngħarfu fid-dinja ta’ żmienna biex ngħinu lill-bniedem ta’ llum ifittex lil Alla.

Il-module jingħata f’forma ta’ ġurnata seminar u jitqassam f’sessjonijiet ta’ 45min-il waħda. Ikollna ħin għall-quddiesa u pawsiet għall-kafè u likel ta’ nofsinhar

Lettur: P. Charlò Camilleri, O.Carm.


InstituteCarmelite Institute Malta (CIM) ġie mwaqqaf mill-Provinċja Karmelitana Maltija u l-Provinċja Maltija tal-Karmelitani Skalzi bl-għan li joffri formazzjoni fl-Ispiritwalità permezz ta’ korsijiet u riċerka. B’kollaborazzjoni mal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, dan l-Istitut joffri wkoll Masters fl-Ispiritwalità Karmelitana. CIM jaħdem ukoll f’kollaborazzjoni ma’ diversi Istituti oħra Karmelitani ta’ Spiritwalità madwar id-dinja. L-għan ewlieni ta’ CIM huwa li joħloq spazju fejn il-persuni jistgħu jirriflettu dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Alla permezz tal-istudju tal-awturi u t-testi l-kbar tal-ħajja spiritwali.

Għal darb’oħra il-Carmelite Institute Malta qiegħed joffri korsijiet ta’ formazzjoni għall-ħajja spiritwali lill-pubbliku in ġenerali. F’ħidma mal-Pastoral Formation Institute qed tingħata l-possibilità, għal min irid, li dawn il-korsijiet ikunu akkreditati bħala Higher Education Certificate Award skont il-Malta Qualifications Framework.

Tibqa’ l-possibilità li wieħed jattendi biss għal dawn il-korsijiet mingħajr ma japplika għal Higher Education Award. F’dan il-każ jingħata ċertifikat tas-sehem fil-modules.

Is-Sena Akkademika fil-Carmelite Institute Malta tiftaħ nhar il-5 ta’ Ottubru 2015. fil-Kunvent tal-Karmnu, l-Imdina, li huwa s-sede tal-Carmelite Institute Malta.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook