Din il-festa hija waħda interna, reliġjuża b’laqtiet kulturali. L-aspett reliġjuż idur mal-Liturġija filwaqt li l-apsett kulturali din is-sena nolqtuh b’kunċert fil-21 ta’ Marzu mill-VIBE fil-bidu tar-Rebbiegħa u fl-anniversarju tat-twelid ta’ Bach. Sabiħ li se jkun fil-ġimgħa tal-Lunzjata għax mal-Inkarnazzjoni tal-Mulej bdiet “ir-rebbiegħa” fl-Istorja tas-Salvazzjoni tagħna. Dan hu kunċert bi ħlas u booking isir mis-sit tat-Teatru Manoel.
Imbagħad il-Ġimgħa 24 se jkollna taħdita nteressanti u ta’ importanza għall-ilsien Malti u għall-iżvilupp tat-talb bi lsienna. It-taħdita dwar Salve Regina misjuba minn P. Alexander Vella, O.Carm. xi snin ilu fl-Arkivju tal-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina. Nistednukom tieħdu sehem mal-Komunità Karmelitana fil-Liturġija ta’ din il-festa importanti fil-Kalendarju tal-Knisja u wkoll fl-attivitajiet kulturali li żgur issibuhom ta’ nteress.
One Comment to "Festa Titulari tat-Tħabbira tal-Mulej lill-Verġni Marija"
Semplicement mistoqsija… imma l-ewwel nett proset u grazzi tax-xoghol li qed taghmlu!
Il-mistoqsija hi semplici – jista’ wiehed jirrizerva zewg postijiet ghall-avveniment tas-“Sliema Ghalik Sultana”?
Grazzi u nistenna herqan twegiba minn ghandkom… u proset mill-gdid!
Tislijiet
John J Schranz
Go Ahead, Leave A Comment