Painting of our Lady of CarmelWaħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet waqt il-Ġublew tal-1500 meta f’pellegrinaġġ lejn il-qabar ta’ San Pietru fil-Vatikan min-Napli, l-Karmelitani tellgħu magħhom l-ikona tal-Madonna s-Samra miġjuba minn fuq l-Għolja tal-Karmelu u li tqegħdet fil-Bażilika tal-Vatikan għall-okkażjoni. Imma tant ġibdet id-devozzjoni tan-nies li l-Papa ordna li tinżel lura lejn Napli mnejn ġiet għax kienet qed ittellef fil-qima lejn il-qabar ta’ Pietru. Matul il-vjaġġ lura jingħad li saru għadd ta’ għeġubijiet u ntlaqgħet lura fis-Santwarju Karmelitan f’Napli b’entużjazmu liema bħalu. Minħabba li dakinhar ħabat l-Erbgħa, il-jum baqa’ marbut ma’ dan l-avveniment u d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu. Għaldaqstant nistgħu nisiltu żewġ aspetti minn din id-devozzjoni: 1) l-interċessjoni u l-ħarsien ta’ Marija fuq il-poplu ta’ Alla li jdur lejha b’qima u mħabba speċjali, kif ukoll 2) l-importanza tal-katekeżi u x-xandir tal-Kelma. Dawn huma żewġ elementi marbutin mal-ħajja Marjana Karmelitana li tinbena fuq il-familjarità ma’ Marija u l-imitazzjoni ta’ dik li l-Evanġelju jgħidilna li “kienet tgħożż f’qalbha dan kollu (l-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù) u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha”.

Fil-Bażilika Santwarju f’Napli l-Erbgħat tal-Madonna tal-Karmnu jiġu ċċelebrati b’solennità ikbar bħala tħejjija għat-Tifkira Solenni tas-16 ta’ Lulju. F’Malta l-Erbgħat jiġu ċċelebrati b’solennità fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid. Matul is-sena kollha iżda, l-jum ta’ l-Erbgħa flimkien mas-Sibt huwa għall-Karmelitani jum ta’ tifkira devota tal-Madonna. Fil-Knejjes Karmelitani jitqaddes il-quddies votiv tal-Madonna u dakinhar ukoll bosta jżommu d-drawwa sabiħa taż-żjara lill-Verġni Mbierka fil-knejjes Karmelitani.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook