QARI TAL-JUM

Eżek 18, 21-28
Salm 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8
Mt 5, 20-26

OMELIJA

Il-Kelma ta’ Alla llum tixprunana fuq “il-ġustizzja”. Fl-ewwel qari, mill-Profeta Eżekjel (Alla jsaħħaħ) il-Mulej jilmenta mal-Profeta li l-poplu qed jakkużah li mhuwiex jimxi b’ġustizzja mal-poplu tiegħu! F’kelma waħda, li mhux miexi sewwa, ma jimxix kif għandu jimxi ma’ dawk li huma tiegħu. Alla kien daħal f’patt mal-poplu tiegħu qabel huwa daħal fl-art imwegħda lilu: “Jiena nkun Alla tagħkom u intom tkunu l-poplu tiegħi”… imma qabilha din il-ħalfa kien hemm klawsola importanti: “jekk intom timxu fi triqati”. Ħafna drabi l-poplu jinsa din il-klawsola u jippretendi dejjem li Alla jkun miegħu fi ħtiġijietu. Anke aħna… mhux rari li jkollha tkun xi diżgrazzja, xi marda jew xi sitwazzjoni ta’ qtiegħ il-qalb li fiha nħossuna ma nistgħu nagħmlu xejn waħedna, biex qalbna ddur lejn Alla! Mhux għax Alla jibgħatilna dawn iċ-ċirkustanzi, iżda għax quddiemhom niġu wiċċ imb’wiċċ mal-verità u r-realtà tal-limitu tagħna. Imma dan hu mod egoist ta’ kif induru lejn Alla. Mod li hu mibni fuq “intik biex tagħtini, nirrispettak biex taġevolani”… f’kelma waħda, aġir ta’ reliġjon primittiva u superstizzjuża, reliġjon ta’ “kuntratt” li torbtok bi drittijiet u dmirijiet! Mentri Alla jixtieq minna relazzjoni matura miegħu, mibnija mhux fuq “drittijiet u dmirijiet” li joħorġu minn kuntratt, imma mibnija fuq għotja sħiħa tagħna nfusna lilu kif hu tana lilu nnifsu b’mod sħiħ billi kixef lilu nnifsu quddiemna (rivelazzjoni) u ngħata għalina bis-sħiħ f’Ġesù Kristu.

Għalhekk Ġesù llum iwissina li jekk il-ħajja tagħna ma tkunx “ħafna aħjar” jew preċiżament “ta’ kwalità ogħla” minn dik tal-Kittieba u l-Fariżej ma nidħlux fis-Saltna. Issa l-Fariżej kienu nies mill-aktar osservanti fl-għixien tar-reliġjon. Iżda kienu f’dal-periklu ta’ raġunament u mġieba mibnija fuq “drittijiet u dmirijiet”. Ilkoll nafuhom il-parabboli u d-dibattiti ta’ Ġesù kontra din il-mentalità.

Huwa f’din il-mentalità ġdida ta’ relazzjoni ma’ Alla mibnija fuq għotja li Ġesù jitfa’ dawl ġdid fuq il-maħfra ta’ Alla. Alla jaħfer, kif jgħidilna Eżekjel, lill-midneb li qalbu ddur lejh u jindem, appunti għax hu ma jħarisx lejna bil-lenti ta’ “drittijiet u dmirijiet”. Il-klawsola “jekk timxu fi triqati” ma tindikax biss mġieba skont il-liġi ta’ Alla, imma mġieba mibnija fuq kif jimxi Alla magħna.

Huwa meta jiena għandi relazzjoni ma’ Alla mibnija fuq xewqa u rieda li ningħata lilu bħalma hu ngħata lili, li jiena nista’ nilqa’ l-maħfra tiegħu mingħajr il-periklu li nabbuża minn din il-maħfra. Fl-istess ħin din il-mentalità ġdida skont il-“moħħ” ta’ Kristu, tinfluwenza l-mod ta’ kif inġib ruħi ma’ ħuti l-bnedmin mhux skont il-limitu tal-liġi imma skont l-altruwiżmu ta’ qalb li tisboq il-liġi.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook