Eżerċizzi minn P. Albert Brincat, Karmelitan. Missjunarju tista’ tgħid għal ħajtu kollha l-ewwel f’Medellin il-Colombia fejn għex mal-komunità Karmelitana litteralment qalb il-foqra f’esperjenza mal-“komunitajiet tal-bażi” ispirati mit-Teoloġija tal-Liberazzjoni, imbagħad fil-Missjoni Karmelitana Maltija il-Bolivja. F’dawn l-eżerċizzji bit-tema “Ħniena rrid mhux Sagrifiċċju”, P. Albert Brincat jeħodna fl-esperjenza ħajja tal-Evanġelju kif għexha hu u rċeviha fl-għixien mal-foqra. Huwa jaqbad silta tal-evanġelju u tagħlim ta’ Ġesù u jaqsam magħna kif il-foqra jagħtuna eżempju u xhieda tal-għixien evanġeliku imxanda lill-fqar. F’dan iż-żmien li fih il-Papa Franġisku, ispirat ukoll mill-ħajja tal-Knisja fl-Amerika Latina, qiegħed jeħodna qalb il-periferiji, jew f’kelma oħra il-fqar ta’ żmienna, ir-riflessjonijiet u l-qsim ta’ fidi sempliċi mgħoddija mill-fqar għall-fqar, tgħinna niskopru mill-ġdid is-sempliċità tal-għixien tal-evanġelju fil-prattika tal-ħajja ta’ kuljum.
Go Ahead, Leave A Comment