Illum nibdew żmien intensiv fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesu’ bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja nisranija kollha matul is-sena: l-ispirtu ta’ talb, l-ispirtu tas-sawm u l-ispirtu tal-karità.
Dawn suppost aħna ngħixuhom matul is-sena kollha għax mingħajrhom naqtgħu il-kuntatt ma’ Alla, ma niffurmawx karattru nisrani sod u ma qalbna faċli tingħalaq għall-imħabba tal-proxxmu. Dawn il-pilastri iżda għandhom ukoll għan ieħor: dak li niġġieldu kontra l-għeruq tad-dnub u l-egoiżmu li hemm fina l-ewwel u qabel kollox u fl-oħrajn. San Pawl jgħidilna li fil-ġlieda tagħna kontra d-dnub għadna ma wasalniex biex xerridna demmna. Hija osservazzjoni f’waqtha aħna u qed ngħixu fi żmien ta’ taqlib politiku u reliġjuż, fejn ta’ kuljum nisimgħu b’ħafna aħwa li jxerrdu demmhom sempliċement għax Insara, għax jemmnu fi Kristu.
Għadna kemm smajna b’dawn il-21 żgħażugħ Kopt li ġew ikkundannati għall-qtugħ ir-ras proprju għax “ostinaw ruħhom li jibqgħu Insara u ma jikkonvertux għall-Islam”. Nistaqsi… kieku kont jien? X’nagħmel?
F’dawn il-jiem pajjiżna jiżgħed b’manifestazzjonijiet tal-passjoni, vari u xbihat u slaleb u kuruni tax-xewk u msiemer ma’ kullimkien. Kieku minn dawn ma’ aħniex neqsin. Imma qalbna fejn hi? Jekk tassew aħna ma ngħixux l-ispirtu tas-salib ta’ Kristu u ma nedukawx ruħna għalih billi jiena ndarri lili nnifsi nkun u nibqa’ ma’ Kristu bla kompromessi meta ffaċċjat b’deċiżjonijiet, bi kliem, imġieba, għemil, viżjoni ta’ ħajja li huma kollox barra evanġeliċi, allura kollox huwa Karnival estiż għal erbgħin ġurnata. Nistaqsi f’dan il-bidu tar-Randan: fejn jien? fejn hi qalbi? Jalla t-tweġiba tkun: “imħaddan mas-Salib tal-fedeltà tiegħi lejn Ġesù Kristu Sidi li ħabbni u ta’ ruħu għalija.”
2 Comments to "L-Erbgħa tal-Irmied – “Fejn jien?”"
Father, nirringrazzjak ta’ dan il-hsieb, specjalment f’dawn il-granet. Jiena matantx nismgha u ghalhekk ma mmurx l-ezercizzi. Allura dawn il-hsibiejiet se jaghmlu tajjeb ghalihom.
Grazzi.
John Tonna
PS Sakemm izzewwigt kont noqghod li Mdina mal-familja tieghi u sakemm bdejt nahdem kont midhla hafna tal-kunvent tal-Karmnu. Quddies kont nigi hemm jew il-Kattidral. Nawguralek hafna fil-hidma tieghek. JT
Grazzi tal-kummenti tiegħek. Huwa ta’ sodisfazzjon inkunu nafu li dawn l-omeliji qed jagħmlu l-ġid u ma jisimgħuhomx biss in-nies li jiġu l-quddies il-Knisja filgħodu. Inti tiġi minn Doris Tonna?

Għażiż John
Grazzi tal-kummenti tiegħek. Huwa ta’ sodisfazzjon inkunu nafu li dawn l-omeliji qed jagħmlu l-ġid u ma jisimgħuhomx biss in-nies li jiġu l-quddies il-Knisja filgħodu. Inti tiġi minn Doris Tonna?
Nitolbu għal xulxin
Fr Charlo
Go Ahead, Leave A Comment