“Fejn sejjer jien, intom ma tistghux tigu”. Dan il-kliem ta’ Gesù halla l-eghdewwa tieghu jistaqsu fejn se jmur Gesù. U tassew ma fehmux u allura ma setghux imorru warajh hemm fejn kien sejjer hu. Gesù qed jitkellem fuq l-ghaqda tieghu mal-Missier u l-ghotja shiha tieghu lilu, il-fedeltà assoluta lejn il-missjoni li giet afdata f’idejh.
Fil-qadi ta’ din il-missjoni Gesù jinsa lilu nnifsu, iqieghed lilu nnifsu fil-genb u allura quddiem it-tehdida ta’ twarrib u ezekuzzjoni, ma jahrabx bil-biza’ imma jibqa’ jaqdi din il-missjoni tieghu sal-ahhar ukoll jekk din twasslu sas-salib. Gesù lest imut ghalih innifsu biex jibqa’ fidil lejn valur oghla. Ta’ madwaru ma jistghux imorru hemm fejn sejjer Gesù ghax mhijiex l-imhabba ta’ Alla li tmexxihom, imma l-imhabba taghhom infushom.
Huma ma jistghux jaslu biex jaghtu hajjithom bhal Gesù ghax fil-fatt ma jhobbu lil hadd u xejn aktar jekk mhux lilhom infushom. Lid-dixxipli tieghu ukoll drabi ohra jghidilhom li “ghalissa” ma jistghux ikunu mieghu. Biex tkun ma’ Gesù jehtieglek titghallem minnu taghti hajtek ghal valur li huwa oghla: fedeltà lejn is-Saltna ta’ Alla fl-imhabba tieghu u tal-bnedmin.
Staqsi lilek innifsek: Hajti ma xhiex iddur? Mieghi innifsi, jew ma’ valuri oghla minni? Kemm jiena lest nibqa’ shih fil-principji tieghi u nasal li nintefaq ghal Alla, ghall-ohrajn u ghall-kawza gusta tal-fidi.
Go Ahead, Leave A Comment