Mar 16th

Fil-ġrajja tal-fejqan ta’ iben l-uffiċċjal, naraw mhux biss il-ħniena u l-imħabba ta’ Ġesù, imma wkoll il-fidi għamja ta’ dan l-uffiċjal li tispikka meta naqrawha bejn il-vrus l-oħra ta’ l-istess silta li tgħid li Ġesù nnifsu għaraf “li l-ebda profeta ma hu milqugħ tajjeb f’pajjiżu” u l-ilment tiegħu “jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet tibqgħu ma temmnux”. Dan l-uffiċċjal, jgħidilna l-Evanġelju “emmen”. Emmen il-kelma ta’ Ġesù li qallu “mur, ibnek jgħix”. Hu li talab lil Ġesù jiġi miegħu id-dar ifejjaq lil ibnu, joqgħod biss fuq il-kelma ta’ Ġesù u jmur lura d-dar.

L-evanġelju jkompli jagħtina dettal sabiħ, li meta wasal id-dar, dan l-uffiċċjal isib it-tifel f’saħħtu u milli qalulu, id-deni ħallih fil-jum ta’ qabel, fil-ħin li fih Ġesù lissen il-kliem: “mur ibnek jgħix!” Dan l-uffiċċjal ħa jum mixi biex mid-dar mar għand Kristu u jum ieħor biex niżel lura d-dar. Kbira l-fidi tiegħu la emmen u telaq lura lejn daru mingħajr Ġesù miegħu iżomm biss f’qalbu il-kelma ta’ Ġesù. Nistgħu ngħidu li dan l-uffiċċjal, mill-vanġeli l-oħra nafu li kien Ruman, pagan, imma qalbu tajba għax għen fil-bini tas-sinagoga ta’ Kafarnaum, żamm u ġarr miegħu lil Kristu fil-kelma tiegħu. San Pawl jgħallimna li “l-fidi tiġi mis-smiegħ u s-smiegħ mill-kelma ta’ Alla” (Rum 10:17). Il-fidi mela mhijiex dispożizzjoni naturali mibnija fuq ir-raġuni. Il-fidi hija virtù teologali flimkien mat-tama u mal-imħabba u din titnissel fina bis-smiegħ tal-kelma ta’ Alla. Fl-ittra lir-Rumani, San Pawl josserva li mill-poplu ta’ Alla “mhux kollha laqgħu l-evanġelju” u waqt li jikkwota lil Iżaija ikompli josserva li Alla “misjub minn dawk li ma kenux ifittxuh”.

Il-fidi mis-smiegħL-evanġelju ta’ llum iġegħlna nistaqsu lilna nfusna dwar il-fidi tagħna, jekk aħniex tassew bnedmin ta’ fidi għax jista’ jiġrilna li bħan-nies ta’ żmien Ġesù aħna minkejja parti mill-poplu ta’ Alla, ma nilqgħux l-evanġelju! Kemm drabi bħala saċerdot waqt il-quddiesa nosserva li bosta jiddejqu jisimgħu ix-xandir tal-Kelma, ukoll meta din imħejjija tajjeb! Jista’ jagħti l-każ, li hemm x’nibdlu fid-dispożizzjoni tagħna lejn il-kelma ta’ Alla? Jekk aħna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum ma nisimgħuhiex din il-kelma, ma naqrawhiex, lanqas nafu kif tkun Bibbja u x’fiha, kif nistgħu imbagħad ninbnew fil-fidi? Tibqa’ l-fidi tagħna waħda tal-ġakulatorji u t-traħħim quddiem l-istatwi u n-niċeċ. Mhux għax dawn ħżiena, imma b’dawn ma nsirux nafu lil Kristu, għax il-fidi hija relazzjoni ma’ Ġesù Kristu! Il-pagani u nies ta’ reliġjonijiet oħra jedifikawna u jgħallmuna, forsi huma bħal dan l-uffiċċjal iktar disposti minna jisimgħu il-kelma ta’ Alla.

Ngħożżuha ma’ qalbna l-Kelma ta’ Kristu bħal dan l-uffiċjal li weħel magħha l-kelma ta’ Kristu, żammha f’qalbu u mexa biha sa’ ma wasal id-dar! Inżommuh magħna l-Evanġelju u niftħuh iktar spiss għax bih f’qalbna nkunu qegħdin inżommu lil Kristu magħna.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook