Mar 11th

Ġesù! Ġesù!

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, Reflections & Sermons

BibleHija r-relazzjoni ta’ Ġesù mal-Missier li tagħti sens lil dak kollu li huwa jgħid u jagħmel. F’dan id-diskors (Ġw 5), Ġesù ma jistax ikun iktar ċar, “tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha” (v. 19). Huwa dipendenti kompletament mill-Missier, u waħdu ma jista’ jagħmel xejn. F’din l-espressjoni l-aktar kbira ta’ umiltà u ubbidjenza, Ġesù jurina li lanqas hu, għalkemm l-Iben il-Waħdieni t’Alla, ma jistax jgħix mingħajr il-Missier. Ġesù huwa l-Iben grazzi għall-Missier, u l-Missier huwa Missier grazzi għall-Iben, relazzjoni li hija daqshekk intima li r-relazzjoni tagħna ma’ Alla hija intrinsikament ma’ Alla-Komunjoni, Alla-Imħabba. F’dan is-sens mela Ġesù huwa t-Triq għal għand il-Missier, hu jurina l-Wiċċ kollu ħniena tal-Missier li jilqa’ lil uliedu lura mill-jasar tal-bniedem il-qadim. Ġesù anzi huwa l-Bieb li permezz tiegħu nidħlu ġewwa fil-Misteru biex insiru nafu lill-Missier. Mingħajr Ġesù, xejn minn dan ma jkun possibbli.

Ġesù mela huwa ta’ mudell għalina fuq livell uman minħabba l-ftuħ totali tiegħu għall-Missier, umiltà li ma jagħmel xejn jekk mhux dak li jogħġob lill-Missier. L-Ispirtu li tana Ġesù minn fuq is-Salib (skont S. Ġwann) ixebbahna miegħu f’dan is-sens, li jdaħħalna fl-intimu miegħu u mal-Missier, li jaqsam magħna dak kollu li huwa tal-bniedem biex il-bniedem idewqu minn dak li huwa tiegħu ta’ Alla. L-Ispirtu ta’ Ġesù fina, fil-fatt, li lkoll kemm aħna irċevejna l-istess fil-Magħmudija tagħna, jgħix fina u jħeġġeġ li jdewwaqna mit-tjubija tal-intimità ta’ bejn Ġesù u l-Missier.

X’ifisser Ġesù fil-ħajja? Min hu għalija? Kif qiegħed nirrelata miegħu, minn barra jew minn ġewwa? Kemm qiegħed inħalli l-Ispirtu ta’ Ġesù jgħix fija? Jew qiegħed noħonqu bl-indifferenza tiegħi?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook