kollox

El Greco, The Annunciation, [1596-1600]. Oil on canvas, 315 x 174 cm. in Museo del Prado, Madrid.

San Pawl illum ikellimna dwar il-misteru li kien moħbi minn dejjem u li ġie mgħarraf lilna fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu. Matul il-ġrajja tas-salvazzjoni l-profeti ħabbru dan il-misteru ta’ Alla li jikxef lilu nnifsu quddiem il-bniedem jew aħjar li juri li hu mal-bniedem, mhux ’il barra minnu. Fit-Tħabbira tal-Mulej, dan jintwera b’mod ċar għax il-Kelma ta’ Alla titlaħħam f’Marija bil-Qawwa tal-Għoli li tgħattiha. L-Ispirtu jittajjar fuq Marija bħalma fil-Bidu kien qed jittajjar fuq it-taħwid u l-baħħ u l-Kelma ta’ Alla titlaħħam. F’dan il-misteru għandna l-bidu tal-ħolqien ġdid bi Kristu. Kif fil-Ġenesi l-Ispirtu ta’ Alla beda ħolqien ġdid billi qiegħed kollox f’postu, hekk issa, bl-Għimmanu-El li jsaltan mit-tron ta’ David, id-deżert jieħu l-ħajja, il-ġuf bla battal jimtela bil-ħajja, it-taħwid tas-sistemi politiċi u reliġjużi istituzzjonali jintemmu għax jitrieġu minn dak li qiegħed fuq it-tron u li fl-Apokalissi jiddikjara: “Ara jiena se nġedded kollox! Kulma hu meħtieġ hija dik id-dispożizzjoni li nħallu dan il-pjan iseħħ, anzi li dan il-pjan ngħamluh tagħna u nagħmlu li nistgħu biex iseħħ għax aħna wkoll fil-fond ta’ qalbna nixtiequ dinja b’inqas taħwid u baħħ, nixtiequ ħajja li hi tassew ħajja fil-milja tagħha kif wara kollox joħlomha Alla għalina.

Din l-aħbar it-tajba li Gabrijel iwassal lil Marija hi aħbar ta’ ferħ u tama fil-futur ta’ Alla. Irridu dan il-futur? Nixtiequ? Jekk iva, lest lil Alla nwieġbu bħal Marija: “Oh mhux li kien li dak li qed tħabbarli jseħħ mill-aktar fis!”?

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook