Missier, agħti glorja lil ismek!

(Ġer 31:31-34; S 50; Lhud 5:7-9; Ġw 12:20-33)

Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jinsab f’Ġerusalemm jitkellem dwar “liema mewta kien sejjer imut”. Permezz ta’ dan l-aħħar Ħadd tar-Randan, wara li l-Knisja stednitna nħejju lilna nfusna biex nerġgħu nduru lejn Alla – il-konverżjoni – issa tistedinna ndawru ħarsitna aktar fuq il-persuna ta’ Ġesù, u x’għamel għalina l-bnedmin meta salvana bil-passjoni u l-mewt tiegħu.

Ma kinitx l-ewwel darba li Ġesù kien jinsab f’dil-belt. Skont l-Evanġelista San Ġwann, fil-ministeru pubbliku tiegħu Ġesù jitla’ tal-inqas erba’ darbiet Ġerusalemm: l-ewwel darba għall-festa tal-Għid (Ġw 2:13); darba għall-festa li ma nafux liema eżatt (Ġw 5:1); darba għall-festa tal-Għerejjex (Ġw 7:14); u l-aħħar darba, mill-ġdid, għall-festa tal-Għid (Ġw 12:12). Interessanti ninnutaw x’kien għaddej minnu Ġesù fil-ġewwieni tiegħu f’dawn l-erba’ okkażjonijiet:

  • Ġw 2: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju (v. 16) … kien hemm ħafna li emmnu imma Ġesù, min-naħa tiegħu, ma kienx jafda fihom għax hu kien jaf lil kulħadd (vv. 23-24).”
  • Ġw 5: “Missieri għadu jaħdem sa issa, mela naħdem jien ukoll (v. 17) … min jisma’ kelmti u jemmen f’min bagħatni, għandu l-ħajja ta’ dejjem (v. 24).”
  • Ġw 7: “Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh (v.1) … wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-deher imma bil-moħbi (v. 10) … arawh, b’wiċċu minn quddiem qed jitkellem u ħadd ma hu jgħdilu xejn, jaqaw tassew li l-kbarat għarfu li dan hu l-Messija? (v. 26).”
  • Ġw 12: “Jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott (v. 24) … qiegħed inħoss ruħi mħawda, x’naqbad ngħid? (v. 27) … Missier, agħti glorja lil ismek (v. 28).”
Crucifixion from the Maestà, 1308-11

Crucifixion from the Maestà, 1308-11

Bil-mod il-mod Ġesù jikber fl-aċċettazzjoni tal-missjoni tiegħu li ngħatatlu mingħand il-Missier. Minn stat ta’ rabja, imbagħad konvinzjoni, imbagħad biża’ u, fl-aħħarnett, taħwid, Ġesù jintelaq kollu kemm hu fi ħdan il-Missier, f’fiduċja u tama sħiħa fiH, biex jiġbed lill-bnedmin kollha lejH. Iżda madanakollu, minkejja l-ħafna sinjali, il-Lhud jibqgħu ma jemmnux (Ġw 12:37).

Kemm-il darba, ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla tkun ikkaratterizzata minn biża’ u taħwid?! Illum Ġesù jurina li dan hu normali għax ilkoll bnedmin li nħossu. Daqstant ieħor, jeħieġ li nimitaw lil Ġesù fit-telqa sħiħa tiegħu fir-rieda tal-Missier. X’inhi r-rieda ta’ Alla għalija? Kemm-il darba, minkejja s-sinjali li ningħata mingħand il-Missier, u l-leħen li hu jsemma’ fil-ħajja tiegħi, jien ma nkunx kapaċi ninduna bihom?! Kif qiegħed ikellimni Alla bil-leħen tiegħu fiċ-ċirkustanzi tal-ħajja tiegħi?

 

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook