Wieħed mis-simboli li tuża l-Bibbja biex tkellimna dwar il-poplu ta’ Alla hija l-għalqa jew il-ġnien.

L-Evanġelju ta’ llum ikellimna dwar dan ir-raġel li kellu għalqa u fiha ħawwel id-dwieli, ħa ħsiebhom u qabbad ħaddiema li jeħdulu ħsieb biex din l-għalqa tagħti l-frott. Imma meta mar biex jiġbor il-frott dan ma ngħatalux. Id-dielja u l-għalqa huma simboli tas-Saltna li Alla jafdalna f’idejna qaddejja tiegħu biex din nieħdu ħsiebha u naħsdu l-frott tagħha. Kemm nirrealizzaw li aħna responsabbli tas-Saltna ta’ Alla?

Kemm qed inħalluha tagħmel il-frott fina u madwarna? Hawnhekk fil-knisja tagħna l-Karmelitani fl-Imdina qed niċċelebraw il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej lill-Marija. Marija li nistgħu inqabbluha ma’ din l-għalqa jew da nil-ġnien imsoqqi tajjeb li jilqa’ fih il-ħajja ta’ Alla b’mod sħiħ hekk li l-Iben ta’ Alla nnifsu jitlaħħam f’Marija bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, dan Ġesu’ li l-Missirijiet tal-Knisja jgħidulna li hu d-dielja nnifisha li mill-għasir tagħha aħna nixorbu d-demm għażiż li jagħtina l-ħajja divina. Wara kollox Ġesu’ nnifsu jgħidilna li hu d-dielja vera u li kull fergħa li ma’ tagħmilx frott fih il-Missier jaqtgħaha barra, iżda kull fergħa li tagħmel il-frott jiżborha biex tagħmel frott aktar.

Ejjew fuq l-eżempju ta’ Marija nieħdu bis-serjeta u bi mpenn is-sejħa tagħna li nkunu ta’ Alla u li l-ħajja tiegħu fina nħalluha tagħmel il-frott.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook