Feb 21st

Ħareġ u ra

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, Podcasts, Reflections & Sermons

L-Evanġelju ta’ llum (Lq 5:27-32) jiftaħ b’żewġ verbi li jiddeskrivu żewġ azzjonijiet ta’ Ġesù: “ħareġ” u “ra”. Dawn iż-żewġ azzjonijiet jfakkruna fil-ġrajja ta’ Mose quddiem l-għollieq jaqbad. Alla jgħidlu “ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu… issa nżilt biex neħlishom” (Eż 3:7-8).

Dawn l-azzjonijiet jindikaw ċaqlieq min-naħa ta’ Alla lejn il-bniedem. Alla jitqanqal u jiċċaqlaq biex jeħles l-poplu tiegħu mill-jasar; Ġesu’ jitqanqal u jiċċaqlaq biex jeħles lil Mattew mill-jasar tiegħu ta’ midneb. The call of Matthew (2)Is-sejħa ta’ Mattew hija sejħa ta’ ħelsien. Huwa jgħaddi milli jkun “qaddej” tal-Imperu għal “qaddej” ta’ Kristu; minn wieħed li jaħdem għall-interessi tal-istat għal wieħed li jingħata għas-Saltna ta’ Alla. Hemm implikat kuntrast sabiħ fis-sejħa ta’ Mattew. Bħala Pubblikan huwa jiġbor it-taxxi, jieħu minn dak li hu tal-poplu biex jgħaddih lill-Imperu ta’ Ruma li kien qed ijassar lill-poplu Lhudi. Bħala dixxiplu tal-Imgħallem ġdid tiegħu Levi jagħmel laqgħa kbira fuq il-mejda għal Ġesu’ u għall-kotra. Levi wkoll jiċċaqlaq, ma jibqax marbut mal-mejda tat-taxxi imma jaqsam għall-mejda tal-ikel li fil-Kotba Mqaddsa hija s-simbolu per eċċellenza tas-solidarjetà u l-komunjoni ma’ Alla u mal-bnedmin.

Dan hu l-ħelsien li jġib Alla fil-ħajja tagħna. Jagħmilna bnedmin miftuħa, bnedmin li niċċaqalqu biex niftħu l-bibien ta’ qalbna, bnedmin li “joħorġu” u “jaraw” it-tbatija tal-oħrajn u “jitqanqlu” biex imiddu idejhom kollha kompassjoni lejn l-imjassrin. Fl-ewwel qari minn Iżaija 58, Alla jistedinna biex inqaċċtu minna kull qerq u nimtlew b’dik it-tjubija li tqanqal għall-ħidma b’riżq min hu mjassar materjalment u spiritwalment. Hekk biss aħna nkunu tassew nistgħu nimxu wara Ġesù. Hu qed isejħilna “Ejja warajja” biex inkunu bħalu bnedmin li “noħoġu” minna nfusna b’riżq l-oħrajn fis-Saltna tiegħu.

 

One Comment to "Ħareġ u ra"

  • Zaren
    21/02/2015 at 8:35 pm

    Alla dejjem jistenniena

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook