Mar 3rd

Il-Kelma ta’ Alla llum permezz tal-profeta Iżaija kif ukoll fl-Evanġelju tiġbdilna l-attenzjoni dwar l-inkonsistenzi fil-ħajja tal-fidi u fl-osservanza tar-reliġjon tagħna. L-ewwel qari mill-Profeta Iżaija huwa meħud mill-kapitlu wieħed f’dik il-parti li fiha l-profeta jittratta l-problemi fl-għixien tar-reliġjon biex ngħidu hekk. Iżaija fil-kapitlu wieħed jakkuża lil Israel fuq il-mod ta’ kif qed jitmexxa l-poplu. Kif qed jgħix il-fidi u kif qed jibni s-soċjetà.

Il-qari ta’ llum jiffoka fuq l-inkonsistenzi tal-għixien tal-fidi. Iżaija jqabbel lis-slaten u l-poplu ta’ Ġuda ma’dawk ta’ Sodoma u Gomorra u jċanfarhom għall-inġustizzja u għax imorru quddiem Alla jaħarqu l-offerti, is-sagrifiċċju tal-annimali u l-inċens imma jdejhom imċappsin bid-demm (v.15), bid-demm mhux tal-offerta iżda tal-proxxmu.

Ħomor bħall-iskarlattĠesù wkoll jaqbad fuq il-problema tal-kult u l-osservanza tal-liġijiet li jgħinuna u jedukawna naqdu lil Alla. Ir-riti tagħna, l-festi u l-osservanzi tagħna jistgħu ikunu faċċata li taħtha hemm “id-demm ta’ ħutna, il-proxxmu tagħna”. Ma hemmx kult ta’ Alla awtentiku jekk ma hemmx ġustizzja soċjali. Inkunu bħal Sodoma u Gomorra li dnubhom kien li ma laqgħux il-barranin u abbużaw minnhom bla ma ndunaw li b’hekk kienu qegħdin ibarru u jabbużaw mill-anġli ta’ Alla, jiġifieri minn Alla nnifsu.

Ma hemmx kult u mħabba vera ta’ Alla jekk magħha ma hemmx l-imħabba tal-proxxmu. Santa Tereża tgħallimna li ma nistgħux inkunu ċerti li aħna nħobbu lil Alla. Imma dejjem ċerti aħniex inħobbu lil ħutna jew le! Ir-riga li biha nkejlu l-imħabba ta’ Alla hija biss jekk aħniex nikbru f’dik tal-proxxmu.

Ejjew f’dar-Randan naqtgħu il-faċċoliżmu li bih nidhru quddiem Alla fit-tempju u fl-osservanza reliġjuża meta jdejna mċappsin “bid-demm tal-proxxmu”. Kull fejn hemm inġustizzja, hemm it-tixrid tad-demm ta’ ħija u oħti li huma xbieha ta’ Alla. Kif nista’ nħobb lil Alla li ma narax jekk ma nħobbx lill-proxxmu li nara?!

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook