Migrant MotherJekk ikollna niġġudikaw il-missjoni ta’ Ġesù, bla dubju ngħidu li mmarkata minn falliment. Bdiet b’falliment u spiċċat b’falliment. Bdiet bit-twarrib ta’ Ġesù fis-sinagoga fl-ewwel “prietka” tiegħu u spiċċat b’falliment fuq is-salib. Taħt dan il-falliment iżda hemm Alla li jaħdem. Kemm fil-bidu, matul u fit-tmiem tal-ġrajja ta’ Ġesù, taħt il-falliment Alla jiġbed lejh il-fqajrin li jismigħu lil Ibnu u fl-aħħar mill-mewt tiegħu fuq is-salib tqum il-komunità nisranija minn dawn il-fqajrin. Ġesù jibqa’ jgħix f’dawk li jemmnu fih u li ġejjin minn bnedmin ta’ rieda tajba miġbura mill-ġnus kollha. Dan hu dak li jurina l-evanġelju ta’ llum ta’ Ġesù li fis-sinagoga jaffaċċja lil-Lhud li kienu qegħdin jisimgħuh bil-verità li Alla mhuwiex marbut ma’ poplu u li l-bnedmin ġusti mhumiex ġusti għax huma ta’ poplu jew ieħor. Ġesù jġib l-eżempju ta’ Nagħman tas-Sirja u wkoll tal-Armla ta’ Sarefta ta’ Sidon. Żewġ pagani żammew mal-kelma ta’ żewġ Profeti kbar Eliżew u Elija. Wieħed ingħatalu l-fejqan mill-ġdiem, l-oħra ngħatatilha l-ħajja fi żmien tan-nixfa. Fi żmien ta’ dekadenza fil-poplu ta’ Alla, il-Mulej ma jibgħat għand ħadd il-profeti tiegħu jekk mhux għand il-barranin mistkerrħa li jilqgħu din il-Kelma u tagħmel il-frott. Anzi Alla ironikament isalva l-poplu tiegħu permezz ta’ dawn il-barranin mistkerrħa li jinstabu li huma ġusti u qalbhom skjetta u retta iktar mill-poplu ta’ Alla. Fil-ġrajj atas-Salvazzjoni insibu diversi minn dawn il-pagani, minn dawn il-barranin mistkerrħa: Rut, Tamar, il-Maġi, iċ-Ċenturjun, u oħrajn.

Nistaqsu: min huma l-barranin mistkerrħa llum li aħna naħsbu jew mingħalina li aħna superjuri għalihom? Jista’ jkun li Alla, fid-dekadenza kulturali, reliġjuża, umana li ninsabu fiha lilhom qed jindirizza, lilhom qed ikellem, bihom fostna se jsalva l-fidi fih! Niftakru dejjem, li Alla jinsab dejjem bi preferenza mal-fqar, l-emarġinati, il-barranin mistkerrħa. Illum jew għada il-folja tinqalebbħalma nqalbet fl-Eġittu u fi drabi oħra tal-istorja tas-Salvazzjoni. Min hu Nagħman tas-Sirja għalik? U l-Armla ta’ Sarefta ta’ Sidon min hi llum għalik? Se tfittex li tħaġġru lil Kristu jew titfgħu għal isfel minn fuq l-irdum fuq din l-għażla, jew se tilqa’ kliemu u tgħarbel lilek innifsek u l-fidi tiegħek li mingħalik hija soda u f’postha imma li fil-fatt hija qoxra kulturali u folkloristika?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook