Bejn ilbierah u llum qrajna, fl-ewwel qari tal-quddiesa, il-kapitlu 58 mill-ktieb tal-Profeta Izaija. Dan il-kapitlu ikellimna dwar is-sawm tassew u huwa mimli ezortazzjonijiet, wahda wara l-ohra, biex ahna ninzghu il-libsa tal-hazen biex nghidu hekk. Izaija huwa mizmum bhala l-profeta tas-salvazzjoni u tal-fidwa u f’dan il-kapitlu jifthilna ghajnejna sabiex ma naqghux ilsiera tal-wicc b’iehor, tal-formalizmi, tal-qalb iebsa ma’ min jinsab fil-htiega, tal-ingustizzja. Il-kapitlu wara lista twila ta’ twiddib, jaghlaq billi jghidilna li “hekk biss insibu l-ghaxqa taghna fil-Mulej”.

F’dan il-kuntest, is-sawm jidher bhala strument li jghinna nibdlu l-gosti taghna minn dawk materjali ghal dawk spiritwali. Il-bniedem spiritwali l-ghaxqa tieghu isibha f’ Alla u l-hwejjeg tieghu waqt li l-bniedem naturali l-ghaxqa tieghu fil-hwejjeg tad-dinja u t-tlellix taghha. B’dinja hawnhekk ma ahniex nifmhu d-dinja mahluqa minn Alla, imma qed nifhmu dak kollu li ahna naghmluh alla taghna u allura ibeghdna mill-hajja ta’ Alla . Fi kliem San Pawl lill-Kolossin jehtigilna mmewtu go fina dak li hu tal-art: zina, faħx,  ġibdiet, xewqat ħżiena, u l-bqija, sabiex nibdew nghixu l-hajja tas-sema.

Fi kliem iktar semplici biex niftehmu jehtigilna nibdlu ftit it-toghma. Il-kelma ta’ Alla tuza din il-metafora meta tghidilna li Il-poplu Lhudi wara li hareg mill-Egittu -art il-jasar- kellu bil-mod il-mod jidra t-toghma tal-ikel li jipprovdilu Alla fid-dezert u jissaffa mit-toghma tal-ikel li kien imdorri bih fl-Egittu. Biex dan isehh Alla kellu jeduka l-poplu tieghu billi jghaddih mid-dezerrt sabiex isaffih. Il-bniedem materjali jdejquh il-hwejjeg spiritwali u l-bniedem spiritwali bil-kontra: l-ghaxqa tieghu f’Alla u l-hwejjeg tieghu. Is-sejha ta’ Levi fl-Evangelju ta’ llum toffrilna ezempju sabih ta’ xi hadd li l-ghaxqa tieghu ghaddiet mill-flus ghal Kristu! Ahna hafna drabi ngorru dwar it-talb, il-quddies u s-sehem fis-sagramenti ghax inhossuhom tad-dwejjaq u bla gost.

Qatt irriflettejt li forsi l-hwejjeg ta’ Alla thosshom bla toghma, u bla gost mhux ghax hekk huma minnhom infushom izda ghax ghadek wisq materjali u ma doqtx lil Alla f’hajtek. Fejn tinsab l-ghaxqa tieghek? F’Alla jew fid-dinja? Fir-Randan, l-armi tat-talb, is-sawm, l-opri tal-hniena – li ghandna ngorruhom maghna dejjem matul is-sena – qeghdin hemm biex jghinuna nibdlu t-toghma u l-gosti taghna minn dawk materjali ghal dawk spiritwali u interjuri.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook