The annunciation“Hawn jien, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek … ħa jsir minni skont kelmtek”.

Fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, jingħaqdu flimkien l-iva tas-sema mal-iva tal-art. Fis-sema, fl-eternità, l-Iben ta’ Alla, fil-Kunsill tat-Trinità, li fih jinħema l-pjan ta’ salvazzjoni għalina u għall-fidwa tagħna, juri r-rieda u d-disponibilità tiegħu li jidħol fir-rieda tal-Missier u kif tgħallimna l-ittra lil-Lhud, li llum tinqara bħala t-tieni qari tal-quddiesa, “huwa u dieħel fid-dinja qal: ‘hawn jien Mulej ġej nagħmel ir-rieda tiegħek’.”.

Ma’ din l-iva tal-Iben ta’ Alla ingħaqdet l-iva tal-umanità f’Marija li hi wkoll wara li l-anġlu fehmha l-pjan ta’ Alla tas-salvazzjoni, għażlet li tidħol fih b’mod attiv u tagħmlu wkoll il-pjan tagħha. Mill-iva tal-Iben ta’ Alla u mill-iva tal-umanità f’Marija jitnissel Ġesù Kristu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. F’dan tinsab il-ġrajja tal-bidu tas-salvazzjoni tagħna, għax l-umanità diżubbidjenti u supperva bint Adam u Eva qalet issa l-iva tagħha permezz ta’ Marija u din l-iva umana daħlet u ngħaqdet mal-iva divina tal-Iben Etern tal-Missier. Dan kollu jseħħ bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu kemm fl-Iben u kemm f’Marija u allura fl-umanità tagħna.  Din il-ġrajja nsejħulha l-bidu tas-salvazzjoni tagħna għax hija ġrajja li sseħħ fina mhux barra minna. Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, l-umanità tagħna ġa qalet iva lil Alla f’Marija u din l-iva ngħaqdet mal-iva ta’ Alla għalina. Meta dawn it-tnejn jingħaqdu flimkien, ir-rieda ta’ Alla u r-rieda tal-bniedem, jitnissel Ġesù Kristu.

Nitolbu l-grazzja lil Alla llum li niftħu qalbna għal Alla u nuruh id-disponibilità tagħna, ninfetħu għalih, hu li miftuħ u disponibbli għalina. B’hekk biss nistgħu inkomplu l-misteru tal-Inkarnazzjoni fil-ħajja, fid-dinja u fl-istrutturi soċjali tagħna ta’ llum. Jalla Kristu jkompli jitnissel fina, magħna u bina illum u dejjem sakemm il-ġens kollu tal-bnedmin jasal għall-milja tiegħu ta’ għaqda ma’ Alla u ma’ xulxin f’dinja mġedda għal kollox, li ssir mill-ġdid il-Ġnien tal-Għeden, il-Ġenna fl-Art.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook