Dec 18th
maghna

© Linda Witte Henke

Fil-Liturġija llum insibu titli mportanti bħal Sid, Mulej, Sultan, li jingħataw lil Alla. Dawn it-titli nsibuhom fil-qari kollu tal-quddiesa kif ukoll fl-Antifona tal-Kantiku ta’ Marija li ssejjaħ lil Ġesù, Adonaj (Sid/Mulej). Dan it-titlu huwa wieħed mill-ismijiet li jingħata lil Alla fil-Ġudaiżmu biex ma jissemmiex l-Isem Qaddis ta’ Alla, rivelat lil Mosé fuq is-Sinaj, u li ħadd ma jaf kif eżattament jiġi ppronunċjat u xi jfisser.

Għaldaqstant l-Isem Qaddis ta’ Alla paradossalment jikxef lil Alla imma wkoll jostru għax Alla jibqa’ għalina misteru li ma nistgħu qatt naħkmuh. Għaldaqstant l-ewwel riflessjoni għal-llum hija r-rispett kbir li għandu jkollna lejn l-Isem Qaddis ta’ Alla. Mhux biss għandna nevitaw li nsemmuh fil-battal, imma wkoll fit-talb tagħna nsemmuh b’qima u riverenza, għax fl-isem hemm l-essenza u l-identità tal-persuna. Alla wriena li għandu isem, u dan l-isem juri li Alla mhuwiex astratt, fl-arja, imma hu xi ħadd li tista’ tirrelata miegħu. Dan l-Isem mikxuf lil Mosé juri li Alla huwa qrib il-poplu tiegħu. Dan it-tqarrib jasal fil-milja tiegħu fl-inkarnazzjoni ta’ Ġesù Kristu li jingħata l-isem Għimmanu-el, Alla magħna. Alla juri li hu qrib il-poplu tiegħu bħala s-Sid li jieħu ħsieb u jsalva lil dawk li huma tiegħu u dan jagħmlu billi hu nnifsu jintervjeni fl-istorja tal-bniedem.

Mod ieħor ta’ kif hu juri t-tqarrib tiegħu magħna hu meta jagħtina l-grazzja ta’ mexxejja skont qalbu, bħal Mosè u David li jissemmew illum fil-liturġija. Fi Kristu Ġesù jingħaqdu dawn iż-żewġ modi tat-tqarrib ta’ Alla, għax Alla nnifsu fil-fatt imexxina u jingħata lilna permezz ta’ Ibnu Sidna li sar bniedem bħalna hekk li l-Isem Qaddis tiegħu issa għandu Wiċċ li tista’ tarah.

Nitolbu lil Alla llum jagħtina d-don li ngħarfuh fiċ-ċirkustanzi kollha ta’ ħajjitna għax hu Alla magħna. Ngħarfu l-preżenza tiegħu bħal Ġużeppi fl-evanġelju ta’ llum li għaraf li Alla huwa miegħu u ma’ Marija fis-sitwazzjoni ġdida li ġiet fuqhom tat-tnissil ta’ Kristu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu qabel ma’ marru joqgħodu flimkien.

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook