11 ta’ Diċembru 2014

“Jiena l-Għajnuna Tiegħek”

(Iż 41:13-20; S 145; Mt 11:11-15)

Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja illum titlob lil Alla biex iqajjem fiha l-fidi, u dan permezz tad-don tal-qdusija.

JienaGħal darb’oħra, il-Profeta Iżaija, huwa u jkellem lill-poplu ta’ Iżrael fl-eżilju, juri min hu verament is-Sid tal-Istorja. Huwa Alla li jibdel id-deżert f’għadira ilma, li l-art niexfa jibdilha f’għadira ilma, u jtella’ ċ-ċipress fix-xagħri. F’kelma oħra, ma hemm xejn li għal Alla ma jistax ikun. Lill-poplu ta’ Iżrael Alla jrid jurih dawn l-għeġubijiet kbar “biex hekk jaraw u jagħrfu, jaħsbu u jifhmu wkoll, li id il-Mulej għamlet dan.” Il-Qaddis ta’ Iżrael mhux talli huwa preżenti fl-istorja tal-poplu magħżul minnu, għalkemm il-poplu dan ma jarahx u ma jifhmux, talli Huwa jrid għal darb’oħra, minkejja l-infedeltà tal-poplu, ireġġgħu lura lejn it-triq it-tajba.

Fil-ħajja tagħna, aħna wkoll xi drabi naqtgħu qalbna minn Alla. Naqtgħu qalbna li qatt nistgħu naraw u nifhmu li Alla huwa tassew magħna, li Alla jilqgħana għandu biex id-deżerti tiegħi – l-inxief tal-ħajja tiegħi – jistgħu jsiru oażi li fih aħna nistrieħu f’Alla. Il-fidi tagħna fiH tonqosna. Iżda dan huwa Alla tagħna: Huwa Alla li jinteressah mill-bniedem, Huwa jsejjaħlu b’ismu, Huwa jagħmel minn kollox biex ireġġgħu lura lejH. Ta’ spiss, fil-fatt, Santa Tereża ta’ Ġesù kienet itenni lis-sorijiet tagħha li l-isforz li nagħmlu biex inqumu u nerġgħu nqumu kull darba li naqgħu fid-dnub huwa minnu nnifsu l-isbaħ talba lil Alla għaliex b’dan l-atteġġjament ta’ qawmien u bidu mill-ġdid inkunu nuru lil Alla li aħna wkoll ma qtajniex qalbna minna nfusna. U Alla sejjer qatt jaqta’ qalbu minna? Għaliex għandi jiena nħalli t-tentazzjoni ta’ qtiegħ-il qalb tegħlibni?

Riflessjoni: Agħti isem lid-deżert tiegħek, lil dak l-ispazju fil-ħajja tiegħek li inti tħoss li Alla mhux hemm. Agħmel minn dan l-ispazju talba, u fejn mhemmx imħabba poġġi l-imħabba u ssib l-imħabba.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook