Ġesù farmaċistaL-ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bix-xena ta’ Ġesù li jmur fid-deżert għal erbgħin jum, bħall-poplu Lhudi li dam erbgħin sena jterraq fih wara l-ħelsien mill-Eġittu, bħal Mosè li dam erbgħin jum fuq is-Sinaj qabel irċieva l-kamndamenti, bħal Elija li maħrub fid-deżert dam erbgħin jum sa ma wasal f’Ħoreb il-muntanja tal-Mulej. Huwa għalhekk xieraq li l-mixja tagħna tar-Randan li ttul erbgħin jum mill-Erbgħa tal-irmied sal-Erbgħa tal-Ġimgħa l-Kbira tifatħ proprju bit-tifkira ta’ dawn il-ġrajja bibliċi li jfakkruni fil-ħtieġa tat-tisfija, tal-konverżjoni, tal-istennija ta’ Alla li jikxef lilu nnifsu quddiemna, issa fi Kristu Msallab u Glorjuż fuq il-Golgotha u fil-Ġnien tal-Irxoxt, u mhux iżjed fit-twavel tal-Liġi tas-Sinaj jew fin-nar u theżżiż tal-art jew fis-skiet idamdam tal-Ħoreb. Dettal importanti fl-Evanġelju ta’ llum skont San Luqa huwa li mhuwiex Ġesù li jiddeċiedi li jmur fid-deżert, imma huwa l-Ispirtu li jieħdu hemm. Wara l-magħmudija tiegħu fil-Ġordan minn Ġwanni, San Luqa jgħidilna li Ġesù kien mimli bl-Ispirtu s-Santu u dan l-Ispirtu ħadu fid-deżert għal raġuni speċifika: sabiex jiġġarrab mix-Xitan. Dan huwa dettal importanti għax tajjeb inżommu f’rasna li huwa l-Ispirtu ta’ Alla li jdaħħalna fid-deżert tat-tiġrib li aħna ritwalment u liturġikament niċċelebrawh fir-Randan. Mhux aħna nidħlu fir-Randan, għax forsi nsumu xi ftit, jonkella għax nisimgħu l-eżerċizzi, jew għal raġuni jew oħra. Huwa l-Ispirtu s-Santu li jdaħħalna fl-ispazju li nsejħulu “deżert” sabiex fih niġġarbu. It-tiġrib fil-ħajja tagħna huwa biex ngħidu hekk bħal “eżami” li mportanti ngħaddu minnu ħalli nkunu nafu eżattament fejn tinsab qalbna, jekk aħniex b’saħħitna jew le fil-ħajja spiritwali, b’liema marda jew kundizzjoni nbatu għax kulħadd baħri tajjeb fil-bnazzi! Ngħarfu xi nsarrfu meta jitteħdilna t-tapit minn taħt saqajna, l-art ta’ taħtna titheżżeż, jaqgħu l-istrutturi li jżommuna, żgħar jew kbar… hemmhekk inkun nafu tassew fejn hi qalbna! Fit-tiġrib, hu x’inhu, it-tentazzjoni qawwija hija li ningħalqu fina nfusna u nsiru aħna ċ-ċentru, kollox nippretenduh li jdur magħna, għalhekk neħtieġu l-Ispirtu magħna fid-deżert, għalhekk hu jrid ikun li jdaħħalna għax waħedna ma nifilħux għat-tiġrib tal-għadu ħajjen tagħna. Ma nistgħux nidħlu fid-deżert jekk ma aħniex mimlijin bl-Ispirtu s-Santu! Jekk nidħlu waħedna, minn rajna, żgur li niġġarfu. Nistaqsi lili nnifsi llum: x’inhu għalija r-Randan? Tassew li qed inħalli l-Ispirtu jdaħħalni fih għat-taqbida spiritwali? Jew sempliċement għalija r-Randan ma jfisser xejn ħlief li darbtejn fis-sena u forsi jekk niftakar nhar ta’ Ġimgħa nnaqqas xi ħaġa mill-platt għax hekk suppost? Jonkella r-Randan għalija huwa żmien il-vari u l-folklor lokali marbut ma’ dan iż-żmien liturġiku tal-Knisja?

Għandi l-kuraġġ inħalli l-Ispirtu tassew idaħħalni fir-Randan, f’dan id-deżert li fih ma nistrieħ fuq xejn jekk mhux fuq Alla? Imbagħad jibda’ jagħmel sens is-sawm, it-talb u l-karità għax dawn strumenti li joħolqu l-ambjent adatt biex jiena nidħol fi-deżert mal-Ispirtu u nibqa fih bil-perseveranza ta’ erbgħin jum.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook