Feb 26th

EsterIr-riflessjoni tal-liturġija ta’ llum iddawrilna ħarsitna fuq il-misteru tat-talb. L-ewwel qari jagħtina t-talba ta’ Ester, bint il-poplu ta’ Alla li s-sultan Assweru għolliha minn konkubina għal sultana. Fil-periklu li Assweru b’digriet jeqred għal kollox minn wiċċ l-art il-poplu ta’ Alla, Mordekaj li rabba lil Ester bħal bintu fil-biża’ ta’ Alla, jitlobha bil-moħbi tidħol għall-poplu ta’ Alla quddiem is-sultan, talba li hi ma tantx jidher li laqgħetha bil-qalb. Bil-lejl iżda, hija tintefa’ fit-talb u fis-sawm biex Alla jeħles lill-poplu tiegħu mill-ġenoċidju li kien ġej fuqu. Meta tqum mit-talb narawha tħejji ruħha sew biex tagħmel dak li talabha Mordekaj. Nistgħu ngħidu li t-talb bidel il-qalb ta’ Ester u l-ħelsien li talbet mingħand Alla, xammret idejha għalih hi u hekk ħalliet lil Alla jeħles lill-poplu tiegħu permezz tagħha. It-talb fetħilha qalbha biex Alla jkun jista’ jaħdem fiha u permezz tagħha b’riżq il-poplu tiegħu.

Ġesù wkoll illum fl-evanġelju jwissina biex nitolbu, inħabbtu, infittxu fit-talb tagħna u jassigurana li jiftħulna biex insibu dak li nkunu qed inħabbtu għalih u nfittxu b’qalbna kollha. Is-silta tal-evanġelju tagħlaq bit-twissija: dak li tridu li jagħmlu lilkom għamluh intom lilhom. Ġesù jorbot it-talb mal-ħidma u l-impenn. It-talb għan-nisrani mhuwiex tlablib u supplika biex Alla jaħdem f’lokna. It-talb nisrani hu ħidma magħmluha skont il-qalb ta’ Alla għax it-talb jitfħilna għajnejna, iħabbtilna l-bibien ta’ qalbna biex aħna nħallu lil Alla jaħdem fiha għas-salvazzjoni tagħna u b’riżq l-oħrajn. PrayerGħalhekk Ġesù f’parti oħra tal-evanġelju jikkmandana biex nitolbu bla ma naqtgħu, sabiex il-ħin kollu aħna nkunu mgħaddsin f’Alla, hekk li qalbna tkun ma’ qalbu, ħidmietna ħidmietu, ir-rieda tagħna tiegħu. Hekk fejn ma naslux aħna jasal hu bil-qawwa tal-grazzja tiegħu. F’dan is-sens it-talb tagħna jkun skont il-qalb ta’ Alla u jibda’ jagħmel sens, għax hu ħiereġ minn relazzjoni u minn xewqa li nkunu f’dak li jogħġob lil Alla u f’dak li hu sewwa. Jekk it-talb ma jqanqalx fina impenn, allura jkun tlablib pagan u superstizzjuż daqs traħħim tal-maġija.

Il-ġrajja ta’ Ester ma tistax ma tfakkarniex f’tant ħutna fil-fidi fis-Sirja, l-Eġittu, l-Afrika u f’pajjiżi oħra li għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ persekuzzjoni u theddid ta’ ġenoċidju u etniċidju. Aħna mħeġġin nitolbu għalihom u nħallu lil Alla fit-talb iħabbtilna l-bibien ta’ qalbna bil-mistoqsija: inti x’tista’ tagħmel?

Ejjew infittxu li t-talb tagħna, speċjalment meta nsibu ruħna wiċċ imb’wiċċ ma’ diffikultajiet u problemi u nduru lejn Alla biex jgħinna, jkun talb li jimpenjana biex is-Saltna ta’ Alla tikber u tixtered fi qlub il-bnedmin.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook