Dan il-kliem ta’ San Pawl fit-tieni qari tal-quddiesa ta’ llum idaħħalna mill-ewwel fil-qalba ta’ dan iż-żmien tar-Randan. Il-qari kollu tal-Liturġija ta’ llum jistedinna nieħdu bis-serjetà din il-mixja u dan iż-żmien biex ma nitilfuhx, biex iħalli effett ġewwieni fina.
Ġesù fl-Evanġelju jistedinna biex nidħlu fil-fond – dak ifisser “fil-moħbi” – u ma nikkuntentawx ruħna b’dak li jidher minn barra fiċ-ċelebrazzjoni ta’ dan iż-żmien. Għax ir-Randan nistgħu ngħixuh b’żewġ modi li minkejja ma humiex ħżiena, xorta ma jħallux frott fina. Nistgħu ngħixu dan iż-żmien billi nintilfu fil-vari, purċissjonijiet, via sagri, u wirjiet tal-istaġun li ma huma xejn ħlief folklor, espressjoni kulturali li tgħaddi bħalma jgħaddi l-Karnival u affarijiet oħra u ma jħallu xejn fina ħlief li ħadna ftit gost u “dħalna fl-ispirtu” u għaddejna minn Karnival għal ieħor. It-tieni mod huwa dak tal-osservanza tar-Randan bis-sawm meħud fis-sens ta’ ċaħda minn dak l-ikel u minn ħaġa jew oħra sempliċement għax ġie r-Randan. Nieqfu biss fuq x’nista’ u ma nistax niekol u l-kemm u l-meta u minn liema ħin sa liema ħin. Dan ukoll ma jwassal imkien jekk dak li esterjuri ma jibqax sinjal li jimbuttani nidħol fija nnifsi biex niltaqa’ mal-“Missier li jara dak li hu fil-moħbi” u hemm fit-taħdita miegħu fija nnifsi, ngħarbel quddiemu s-sejħa nisranija tiegħi.
Dak hu r-Randan: żmien ta’ eżerċizzju li fih fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla mismugħa u mitluba kuljum jiena ngħarbel fhiex jien fil-ħajja nisranija tiegħi. Għax jista’ jiġrili li mingħalija li jiena miexi wara Ġesù, imma fil-fatt miexi wara dak li jogħġob lili. Il-Kelma ta’ Alla hi bħal sejf li jinfed il-qalb sa fil-qiegħ għax jaqta miż-żewġ naħat. Dan “is-sejf tar-ruħ…jifred il-ġogi minn mal-mudullun” tgħidilna l-Kelma ta’ Alla, jiġifieri “tgħarbel sa fil-qiegħ nett” tal-qalb tagħna, tal-intenzjonijiet tagħna u tgħinna niddixxernu aħniex tassew dixxipli ta’ Ġesù li mhux biss nimxu warajh kull fejn imur imma li nsiru bħalu f’kollox fl-għixien ta’ ħajja ġdida, il-ħajja tal-Magħmudija.
3 Comments to "Issa hu ż-żmien it-tajjeb, issa hu jum is-salvazzjoni"
3 Comments to "Issa hu ż-żmien it-tajjeb, issa hu jum is-salvazzjoni"
Ghalija biċċa xoghol tajba mmens.
prosit tassew u fiha raja friska ta’ evangelizazzjoni.
fr ray osa
Short and sweet.
Also it’s an ideal brief biblical message for every priest celebrating Mass on weekdays.
So, if published on this website the day before, the better.
THANK YOU. LOOKING FORWARD TO RECEIVE MORE.
Go Ahead, Leave A Comment