Feb 23rd

Kelma u kliem

ByCarmelite Priory Mdina | In Lent & Easter, Podcasts, Reflections & Sermons

Kliem - Dan Kwon JrIr-riflessjoni tagħna llum iddur fuq il-kelma. Iżaija fl-ewwel qari mill kapitlu 55:10-11, iwasslilna l-messaġġ ta’ Alla dwar il-kelma tiegħu. Din il-kelma għandha żewġ karatteristiċi: tinżel mis-sema bħax-xita u s-silġ u ssaqqi biex tagħti l-ħajja. Fl-Evanġelju mbagħad Ġesù jgħidilna li fejn jidħol Alla ma għandniex bżonn ħafna kliem. Il-Kotba Mqaddsa jgħallmuna li l-“kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija iktar minn xabla b’żewġt’ixfar u tinfed sa fil-qiegħ” (Lhud 4:12), tagħmel tajjeb għat-tagħlim, għat-twiddib u biex trawwem fis-sewwa (2 Tim 3:16-17). Biha aħna ngħixu għax hi toħroġ minn fomm Alla (Mt 4:4) u tħarisna bħal elmu u xabla (Ef 6:17). Fit-talba li jagħtina Ġesu’, il-Missierna, iwissina biex ma nintilfux f’ħafna kliem, tlablib imma nemmnu li Alla jaf x’neħtieġu u allura nintelqu f’idejh biex il-kelma tiegħu, jiġifieri dak li hu jrid isseħħ fis-sema u fl-art. Hemm kuntrast qawwi bejn it-talb pagan u dak tan-nisrani. Tal-ewwel hu superstizzjuż, mimli tlablib frott il-biżgħa minn Alla. Fid-dinja pagana l-ħafna tlablib, treddin u traħħim kien jitlissen fit-tempju, biex l-allat jissiktu minħabba t-twerwir minn xi kastig li jiġi minn allat li ma’ taqbadx art x’jgħaddilhom minn rashom. Fil-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu lil Alla tista’ tafdah, għax kelmtu hi kelma tal-ħajja, hi kelma ta’ Missier u allura fit-talb tagħna mhux ħafna kliem neħtieġu imma dispożizzjoni interjuri ta’ skiet, biex Alla jkun jista’ jitkellem ħalli nisimgħuh u nħalluh jiżra’ fina kelmtu li tkabbar iż-żerriegħa li tagħti l-frott.

Staqsi lilek innifsek, min hu Alla għalik? Tafdah? Tissogra tiskot quddiemu ħa tisimgħu ikellmek? Jew inti nisrani liebes ta’ pagan superstizzjuż, li lil Alla ma tafdahx u tipprova ssikket il-leħen tiegħu fik?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook