Kompassjoni

Il-kelma ta’ Alla llum, mogħtija lilna fil-Liturġija tal-Knisja nistgħu niġbruha f’kelma waħda: KOMPASSJONI. Il-kompassjoni hija l-kapaċita’ li nħossu għal dak li jkun u għalhekk nitqanqlu biex nagħtu l-għajnuna. Meta ngħidu nħossu, ma nkunux qegħdin nifhmu biss emozzjoni, imma nkunu qed inżidu magħha x-xewqa għal ħajja aħjar li fiha tgħammar il-ġustizzja. Kull reliġjon tgħallem il-valur kbir tal-kompassjoni.

Fil-Kristjaneżmu iżda din hija attribut ta’ Alla. Alla hu dak li jbati magħna (CON-PATIRE) fi Kristu li ħa fuqu l-mard tagħna u tgħabba bin-niket tagħna. Hu li sar bħalna f’kollox. Popolarment bil-Malti nfissru l-kompassjoni bħala r-rieda li “nidħol iż-żarbun tal-ieħor”. L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum meħud mil-Levitiku li huwa ġabra ta’ liġijiet divini li jridu jagħtuna direzzjoni dwar kif aħna midinbin nistgħu nersqu lejn Alla l-Qaddis. Il-ktieb huwa ċċentrat biex ngħidu hekk madwar il-figura tal-Qassis il-Kbir u t-Tempju. Il-Kapitlu 19 li minnu hija meħuda s-silta tal-ewwel qari quddiesa idur madwar drawwiet u modi ta’ mġieba marbutin mal-ħajja safja jew qaddisa li hija l-kundizzjoni ewlenija biex wiħed jersaq qrib ta’ Alla. Ġesu’ fil-Beatitudnijiet jgħidilna: “Henjin ta’ qalbhom safja, għax huma jaraw lil Alla”. Il-qalb safja tinbena fuq is-sewwa, il-ġustizzja, ir-rettitudni, l-imħabba għall-fqar speċjalment u l-maħfra. Dawn kollha jissemmew fil-kapitlu 19 li jinqara fil-quddiesa ta’ llum, li jibda bil-kmand: “Kunu qaddisin għax qaddis jien”. Il-kamd mhuwiex biss indirizzat lil persuni individwali imma iktar minn hekk lil poplu sħiħ. Il-kmandamenti ta’ Alla f’dan il-kapitlu huma kollha maħsuba għat-trasformazzjoni ta’ ħajja soċjali iktar ġusta u inqas korrotta.

Fl-Evanġelju, ta’ llum mill-kapitlu 25 ta’ San Mattew, il-qassis il-kbir tagħna Ġesu’, iwisina li l-ġudizzju tiegħu fuqna sabiex inkunu nistgħu nidħlu fis-Saltna ta’ Alla, fit-tempju ta’ Ġerusalemm tas-Sema, se jkun idur madwar l-imħabba u l-kompassjoni lejn l-imġewħin u dawk li huma bil-għatx, lejn il-barranin li jeħtieġu l-laqgħa tagħna, lejn min hu nieqes mill-ħtiġijiet tal-ħajja, lejn il-ħabsin u l-morda. F’dawn kollha irridu naraw ix-xbieha ta’ Ġesu’ mġewwaħ, bil-għatx, frustier li jfittex kenn, ħabsi u marid. Jekk ma nilqgħux lil dawn u ma mmiddux idejna biex nibnu soċjeta u dinja aktar ġusti, il-bieb tas-Saltna jibqa’ magħluq f’wiċċna. Nitolbu l-grazzja lil Alla li ngħixu bi qdusija l-kompassjoni umana u nisranija ma’ kull min hu emarġinat u li jinsab fil-periferija soċjali u reliġjuża tal-istrutturi li fihom ngħixu.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook