Feb 15th

QaddisinDiversi studjużi, interessati fl-għerq tal-kelma “qaddis”, jaraw fiha kwalità ta’ xi ħadd safi, pur, mhux imtappan bit-tlellix ta’ din id-dinja, filwaqt li oħrajn imorru pass iktar minn hekk u jaraw fil-qaddis element ta’ qtugħ. Bniedem ikun qaddis, jgħidu, jekk dan jinfired minn dak li hu mundan u limitat biex isir u jingħaqad iżjed ma’ dak li hu infinit u traxxendenti. Fl-ewwel qari tal-lum, il-Kelma tal-Mulej tasal lil Mosè biex ikellem lill-poplu f’isem Alla. L-ewwel u qabel kollox, Mosè huwa ordnat ifakkar lill-poplu Lhudi li “għandkom tkunu qaddisin għax qaddis jien, il-Mulej Alla tagħkom.” Il-qdusija għall-poplu Lhudi kienet tinftiehem fuq żewġ livelli: il-qdusija ta’ Alla u l-qdusija tal-bniedem.

F’din l-ewwel ġimgħa tar-Randan, ir-riflessjoni tagħna ddur lejn il-ħtieġa tal-konverżjoni li ma tfissirx biss li wieħed idur mit-triq il-ħażina għal dik tajba, imma ħafna drabi mit-triq it-tajba għal dik iktar tajba u perfetta. Huwa dan il-pass li l-Knisja tixtieq li aħna l-Insara nieħdu fil-bidu ta’ dan ir-Randan: deċiżjoni determinata biex minn ħajja tajba nduru lejn waħda aktar tajba, aktar perfetta u safja. Kif smajna fil-quddiesa ta’ Ras ir-Randan dan nistgħu nagħmluh fil-prattika permezz tat-talb personali, is-sawm, u l-karità.

Li tkun qaddis għall-poplu Lhudi kien possibbli għax Alla huwa Qaddis u hu jsejħilna biex inkunu bħalu. Alla jistieden lill-poplu Lhudi biex iħobbu bħalma jħobb lill-proxxmu … “bħalek innifsek, b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, u b’ruħek kollha.” Iżda maż-żmien din it-tip ta’ mħabba lejn il-proxxmu ġiet limitata għal set ta’ tradizzjonijiet u liġijiet. Ġesù jerġa’ jfakkar lill-poplu Lhudi – permezz tal-mara Samaritana li jiltaqa’ magħha ħdejn il-Bir ta’ Ġakobb (fi Ġw 4) – li s-sagrifiċċju l-iktar li jogħġob lil Alla mhuwiex tal-mogħoż jew tal-gidien imma fl-“ispirtu u l-verità”, tal-“qalb maqsuma u sogħbiena” … sogħbiena għax tara kemm għandha bżonn fil-ħajja tagħha l-imħabba u l-ħniena t’Alla.

Fl-Evanġelju tal-lum, dawk li s-Sultan jagħżel biex ikunu fuq il-lemin – dawk li jitimgħu lil min hu bil-ġuħ, jisqu lil min hu bil-għatx, jilqgħu lil min hu barrani, ilibbsu lil min hu għeri, iżuru lil dawk li huma fil-ħabs, u jduru b’dawk li huma morda – jagħżilhom għax dawn raw li l-qdusija vera tissarraff f’atti konkreti ta’ mħabba. Huma dawn l-atti żgħar ta’ mħabba li sejrin idawru l-miexi tagħna mit-triq it-tajba għal dik perfetta.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook