Fil-Karmelu hemm devozzjoni kbira lejn il-Misteru tal-Inkarnazzjoni u lejn it-tfulija ta’ Ġesu’. Awturi spiritwali tal-Karmelu bħal Ġwanni Brenninger iqisu din id-devozzjoni bħala waħda neċessarja u fundamentali. Għaldaqstant f’kunvent Karmelitan wieħed isib diversi tradizzjonijiet, pitturi u xbihat li għandhom x’jaqsmu mal-misteru tal-Inkarnazzjoni.
Fl-Imdina minbarra diversi xbihat ta’ Ġesu’ Bambin jew tan-Nativita’, insibu kwadru-relikwarju nteressanti li juri x-xbieha ta’ Ġesu’ tarbija fin-nofs u madwaru relikwi marbutin mal-misteri tat-tfulija bħal ngħidu aħna, biċċa mill-grotta ta’ Betlem, oħra mid-djar ta’ Marija u Ġużeppi f’Nazaret u l-bqija. Dan ir-relikwarju nteressanti jinsab fit-taraġ imsejjaħ ta’ San Ġużepp biswit l-istatwa tal-qaddis imdawwar bi kwadri li juru l-ħajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu li huwa l-prototip ta’ San Ġużepp u iktar u iktar ta’ Kristu.
Go Ahead, Leave A Comment