Fir-Ritwal Karmelitan insibu diversi barkiet marbuta mal-festi tal-Milied. Fosthom insibu t-tberik tal-inbid, simbolu tal-ferh spiritwali tal-kontemplazzjoni, ghall-festa ta’ San Gwann l-Evangelista li l-festa tieghu tigi fl-Ottava tal-Milied u t-tberik tad-deheb, l-incens u l-mirra, kif ukoll il-gibs ghall-festa tal-Epifanija. Fil-Karmnu tal-Imdina inbierku l-mirra fil-festa tal-Epifanija. Il-barka fuq il-mirra li fil-qedem kienet tintuza bhala duwa w ungwent ifuh. Il-mirra kienet tiswa daqs id-deheb u vvalorizzata ghall-fwieha daqs l-incens. Hija s-simbolu tal-fejqan u wkoll tal-fwieha ta’ hajja qaddisa. Il-barka fuq il-mirra titlob is-sahha u l-fejqan fuq ir-ruh u l-gisem. Il-gibs kien jitbierek u jitqassam sabiex bih jinkitbu l-inizjali C+M+B. fuq il-bibien tad-djar fit-tberik tad-djar. L-inizjali huma mehudin mill-ismijiet tal-Magi: Caspar, Melchior u Balthassar u bhala anagramma jfissru “Christus mansionem benedicat”. L-anagramma tinkiteb bejn in-numri tas-sena li tkun. Per eżempju ghal din is-sena il-kitbaturi: 20+C+M+B+14
Go Ahead, Leave A Comment