Hemm xebħ bejn l-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum u l-Evanġelju. Fil-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu, il-Ktieb tal-Ġenesi jgħidilna li Ġakobb, Iżrael, kien iħobb lil Ġużeppi aktar mill-ulied l-oħra li kellu minħabba li dan twelidlu fi xjuħitu. Kienet din l-imħabba li qanqlet l-għira ta’ ħut Ġużeppi għal dan ħuhom iż-żgħir, li wasslithom biex tefgħuh ġo bir u bigħuh lill-Iżmaeliti li ħaduh magħhom l-Eġittu. Fil-parabbola ta’ San Mattew Ġesù wkoll jitkellem fuq il-qaddejja li joqtlu l-iben ta’ sid l-art biex jeħdulu l-wirt. X’inhu dan il-wirt? Fid-dawl tal-ewwel qari nistgħu ngħidu li l-wirt huwa din l-imħabba preferenzjali li l-Missier għandu lejn Ibnu l-waħdieni, Sidna Ġesù Kristu. Hija l-għira li wasslet il-bejgħ ta’ Ġużeppi u l-qtil tal-iben tal-parabbola. Il-Kelma ta’ Alla tgħidilna wkoll li l-għira flimkien mal-passjonijiet l-oħra li jimlewlna qalbna hija l-għerq ta’ kull ħażen għax tagħmina u ma tħalliniex naraw (Rum 1:26-32). San Pawl lil Titu jgħidlu li aħna għexna fil-ħażen u fl-għira (Titu 3:3) u għalhekk konna għedewwa ta’ Alla u ħbieb tax-xitan. L-istess jgħid San Ġwann fl-ewwel ittra (1Ġw 3:8).

Joseph Sold Into Slavery by His Brothers

Joseph Sold Into Slavery by His Brothers

X’inhu fil-fatt id-dnub tal-ewwel bniedem? Mhux dak li b’għira jieħu bid-dritt, il-frotta –Eva ratha sabiħa fl-għajn u tħajrek – tat-tajjeb u l-ħażin, li hija riservata għal Alla?

Fi Kristu Alla jrid jurina li hu jixtieq jagħtina l-wirt tiegħu, dan Ibnu l-għażiż, b’don! Dan Ibnu li hu s-Saltna ta’ Alla fostna. Il-Kelma ta’ Alla llum twassalna biex ngħarblu lilna nfusna fuq l-għira li tista’ tkun moħbija f’qalbna, l-għira li twassal għall-qtil –b’diversi modi- ta’ bnedmin oħra. Tgħallimna wkoll nistennew id-don ta’ Alla u nilqgħuh bħala don, rigal u mhux bi dritt. Alla jrid jaqsam magħna din l-imħabba unika u waħdanija li hu għandu għal Ibnu l-waħdieni u bħalma Ġakobb ħabb lil Ġużeppi fuq l-oħrajn u xiddlu lbies dinjituż, hekk lilna f’Ibnu li l-aktar iħobb irid ilibbisna bid-dinjità ta’ wlied Alla. Il-ħażin huwa li ħafna drabi aħna naħsbu u naġixxu ta’ allat fuq l-oħrajn. Inħallu lil Alla b’umiltà ilibbisna hu b’din id-dinjità ta’ wliedu biex hekk inkunu qaddejja li nirrifletu mħabbtu fuq il-bqija tal-bnedmin.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook