Waslet kunsinna ta’ Labtijiet tal-Madonna tal-Karmnu maħdumin fit-talb u b’devozzjoni mis-Sra Nina Fardell. Nirringrazzjaw lilha, lis-Sra Anna Galea u lis-Sra Georgina Linwood kif ukoll lil Bibas tal-għajnuna biex setgħu jerġgħu jibdew jinħadmu f’Malta f’numri kbar li jlaħħqu mal-ammont ta’ talbiet li jkollna.
Infakkru lil kulħadd li l-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu jingħata permezz tal-kitba fil-Labtu tal-Karmnu b’rit apposta minn reliġjuż Karmelitan u saċerdoti li għandhom il-fakultà li jiktbu persuni fil-familja tal-Karmelu. Kull nhar ta’ Erbgħa fil-Knisja tagħna għal dawk li jixtiequ jkollna l-kitba fil-Labtu fuq l-altar tal-Madonna tal-Karmnu waqt il-quddiesa.
Ejja xi darba l-Knisja, idealment f’xi festa tal-Madonna jew nhar ta’ Erbgħa jew Sibt u ssir il-kitba fil-Labtu. Jekk intom miktubin diġà fil-Labtu kemm tiġi l-Knisja u ntuk kemm teħtieġ.
3 Comments to "Labtijiet tal-Madonna tal-Karmnu"
Nixtieq nixtri Labtu tal-Madonna bhal dan tar-ritratt. Tistghu tghiduli minn fejn nista’ nixtri? Grazzi.
Bongu
Kif naghmel biex ikolli Labtu tal-Madonna ghalija u ghal familja tieghi jek joghgbok?
Grazzi
Simone Camilleri
Ejja xi darba l-Knisja, idealment f’xi festa tal-Madonna jew nhar ta’ Erbgħa jew Sibt u ssir il-kitba fil-Labtu. Jekk intom miktubin diġà fil-Labtu kemm tiġi l-Knisja u ntuk kemm teħtieġ.
Go Ahead, Leave A Comment