Triq u Rgulija

Il-mixja tiegħek wara Kristu hi deċiżjoni ħielsa? Qed tgħixha bi rġulija?

Saret komuni fostna d-drawwa li ċerti kumpaniji jikkuntattjaw lill-klijenti u jippruvaw ibegħulhom xi prodott jew offerta sabiex wieħed jaċċetta u jidħol fi ftehim li jorbtok għal numru ta’ snin. Il-leħen fuq il-linja tat-telefon jipprova jpinġihielek attraenti kemm jista’ jkun u ġeneralment jgħidlek nofs verità jew ma jgħidlekx biċ-ċar l-obbligi u l-konsegwenzi li mbagħad issibhom meta jasal il-mument li tiffirma l-ftehim. Kemm tħossok mgħoddi biż-żmien u jekk taċċetta l-ftehim għar-rispett uman tħossok mazzun!

Il-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija tal-quddiesa ta’ llum, tkellimna dwar proposta ta’ Alla biex jidħol fi ftehim magħna. Id-differenza l-kbira hija li Alla iqiegħed quddiemna iswed fuq abjad il-konsegwenzi tajbin u ħżiena, is-sabiħ u l-ikrah. Alla ma joqgħodx jibża’ iqegħdilna ċar, iswed fuq abjad, dak li huwa iebes jekk niddeċiedu li nilqgħu il-proposta tiegħu. Kemm fil-proposta tal-Patt tad-Dewteronomju (kap 30: 15-20) kif ukoll fit-twissija ta’ Ġesù f’San Luqa (kap 9: 22-25) għal min jitħajjar jimxi warajh, il-konsegwenzi bid-drittijiet u dmirijiet huma ċari. Is-silta meħuda mid-Dewteronomju hija l-parti tar-ratifika tal-Patt ma’ Alla wara li Hu ppreżenta l-proposta tal-Patt li jinġabar fir-realtà ta’ Alla u l-Poplu jintrabtu li jkunu esklussivament ta’ xulxin u għal xulxin. Alla ma jimponix din il-proprosta imma jqiegħed ċar il-possibilità ta’ żewġ toroq li l-poplu kien ħieles li jagħżel waħda minnhom. Il-futur jiddependi mbagħad minn din l-għażla.

Ġesù wkoll fil-Vanġelu ta’ llum meħud mill-kapitlu 9 fejn l-Imgħallem narawh tiela’ Ġerusalemm b’determinazzjoni għall-Passjoni tiegħu. F’din il-mixja huwa jistaqsi x’jgħidu n-nies dwaru, x’idea għandhom tiegħu, min jaħsbu li hu. U biex dawk li ddeċidew jimxu warajh, ma jimxux wara l-immaġinazzjoni tagħhom dwaru, iqiegħed fuq il-karta ċar u tond: min irid jiġi warajja, irid ikun lest li jiċħad lilu nnifsu u jerfa’ salibu. Is-Salib huwa din ir-rabta tad-dixxiplu ma’ Kristu, id-dixxiplu li jagħti ħajtu f’kollox lil u għall-Imgħallem tiegħu. Kristu jitlob minn dawk li jitħajru jimxu warajh DEĊIŻJONI ĦIELSA u IRĠULIJA fil-fedeltà u l-lealtà għax hu hekk jimxi magħna.

Il-mixja tiegħek wara Kristu hi deċiżjoni ħielsa? Qed tgħixha bi rġulija?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook