Il-liturġija ta’ llum tiffukana fuq il-liġi tal-Mulej fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħna ma’ Alla u mal-bnedmin. Fil-Ktieb tal-Levitiku Alla jsejjaħ lill-poplu tiegħu għall-qdusija: “kunu qaddisin għax qaddis jien”. Alla waħdu hu l-qaddis, anzi hu qaddis għal tliet darbiet. Alla hu qaddis għax għalkemm hu jinteressah fina u fil-ħolqien li hu ħalaq, hu jibqa’ ’il fuq mill-art u s-sema, hu maqtugħ f’dimensjoni oħra, dik spiritwali. Meta ngħidu “maqtugħ” inkunu rridu nfissru “differenti”. Ligi (2)Dan Alla jagħżel għalih poplu, jidħol f’patt miegħu, jaqtgħu mill-jasar tal-Eġittu u jitlob minnu li jirrifletti f’din id-dinja l-istess ħajja ta’ Alla billi jkun maqtugħ i.e. differenti mill-bqija tal-popli l-oħra. Lill-poplu tiegħu Alla jifirdu mill-popli l-oħra u d-drawwiet tagħhom billi jagħtih liġijiet li huma differenti minn dawk tal-ġnus. Dawn il-liġijiet mhumiex liġijiet tal-bnedmin imma liġijiet biex ngħidu hekk miktuba fil-qalb, huma liġijiet, li jiddistingwu lill-poplu ta’ Alla mill-bqija tal-popli biex il-poplu jkun sinjal tal-għixien ta’ dik il-liġi miktuba f’qalb kull bniedem: il-liġi tal-perfezzjoni li ġejja minn Alla. B’liġi hawnhekk nifhmu sejħa li ġejja mingħand Alla għall-qdusija.

Fl-ewwel qari mil-ktieb tal-Levitiku għandna ripetizzjoni tal-liġijiet li jsawwru l-poplu f’poplu qaddis, maqtugħ mill-bqija tal-ġnus. Dawn il-liġijiet iqegħdu flimkien id-dmirijiet lejn Alla u lejn il-proxxmu. Per eżempju, il-preċett tar-rispett lejn il-bniedem u l-ġenituri huwa mqiegħed maġenb il-preċett tat-tħaris tas-Sibt. Hija wkoll liġi pożittiva din ta’ Alla. Mhux biss iwissina biex ma nisirqux, imma jikkmandana nieħdu ħsieb il-foqra. Lill-poplu jamarlu biex fil-ħsad, ma jaħsadx l-għalqa kollha, imma jħalli parti minnha biex il-foqra jkunu jistgħu imorru jaħsdu għalihom. Naturalment hemm liġijiet fil-Levitiku li huma liġijiet marbutin mal-kuntest tal-poplu ta’ dak iż-żmien u fid-dawl tad-drawwiet tal-ġnus pagani. Madanakollu l-prinċipju li janima jibqa’ dejjem l-istess: il-qdusija bħala karatteristika li tiddistingwina li aħna ta’ Alla.

LigiĠesu’ wkoll, fl-evanġelju ta’ llum minn San Mattew, jorbot ir-relazzjoni tagħna miegħu mar-relazzjoni tagħna mal-oħrajn. Fuq hekk se nkunu ġġudikati fl-aħħar taż-żmien “meta Bin il-Bniedem jiġi fis-sebħ kollu tiegħu”. Hu jitkellem fuq kif ilqajnih bħala r-Rgħaj u s-Sultan tagħna fl-imġewwħa, fl-għerja, fil-ħabsin u fil-morda. San Vinċenz de Paul jgħid: il-foqra u l-emarġinati huma s-sidien tagħna għax fihom hemm Kristu! Il-Papa Franġisku wkoll għandu din il-frażi ċelebri: il-foqra u l-emarġinati huma l-ġisem ta’ Kristu Sidna! Ma nistgħux ngħidu li nħobbu lil Alla li ma narawx jekk ma nħobbux lil ħutna li naraw, kif iwissina San Ġwann. Anzi lil Alla narawh proprju fil-wiċċ tal-foqra u l-emarġinati li jħabbtu biebna. L-evanġelju ta’ llum għandu żewġ livelli ta’ tifsir. L-ewwel u qabel kollox Ġesu’ qed iwissina biex nilqgħuh fiż-żgħar tiegħu, speċjalment dawk li jxandru l-Evanġelju, u li minħabba fih huma bil-ġuħ, bil-għatx, fil-ħabs, għerja. Il-komunita’ nisranija għandha d-dmir li tieħu ħsieb u turi solidarjeta’ ma dawk li l-Evanġelju huwa sors ta’ tbatija. Dan huwa rilevanti fi żmienna llum meta ħafna minn ħutna nsara, sempliċement għax insara, huma ppersegwitati u jinsabu proprju fil-qgħada li jsemmi Ġesu’… huma Kristu fostna fit-tiġrib tal-Passjoni u l-Mewt tiegħu. Kif se nwieżnu lil Kristu f’dawn ħutna ippersegwitati?

It-tieni livell ta’ tifsir huwa dak komuni li jagħmilna bnedmin b’qalb umana: jiġifieri li tassew nagħtu każ lil min hu emarġinat u jgħix f’kundizzjoni ta’ faqar u miżerja. Hekk ukoll inkunu qegħdin nilqgħu lil Kristu għax kull bniedem hu maħluq xbieha ta’ Alla.

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook