Mar 12th

Il-Profeta Ġeremija baqa’ magħruf għal-Lamentazzjonijiet jew il-krib tiegħu għal Ġerusalemm il-belt ta’ Alla u tas-Sliem, li ġiet meqruda minħabba l-infedeltà tagħha lejn Alla u lejn il-Patt li hu għamel mal-poplu tiegħu. Fil-qari ta’ llum, Ġeremija josserva li minkejja l-fedeltà ta’ Alla mal-poplu tiegħu, dan il-poplu mar lura flok ’il quddiem, donnu Alla u l-Profeti tiegħu għażqu fl-ilma u saqqew il-blat!

Lura flok ’il quddiemTajjeb nistaqsu fuq livell personali  kif ukoll soċjali u komunitarju bħala Knisja: aħna fil-mixja tal-fidi, sejrin lura jew ’il quddiem? Sejrin dejjem għall-aħjar jew pjuttost għall-agħar?

Bħala Knisja f’Malta għandna ħafna ċelebrazzjonijiet, magħrufin għall-ħeġġa missjunarja, il-karità fi xtutna u barra minnhom, ħafna attività marbuta mal-fidi… imma qatt staqsejna fejn sejrin, ’il fejn mexjin? Alla magħna, meta jħares lejna x’jgħid? Għażaqt fl-ilma, jew dawn uliedi l-għeżież li fihom insib l-għaxqa tiegħi? Ġesù fl-evanġelju ikeċċi xitan imbikkem. Dan hu dak li jagħmlilna x-xitan u l-ħażin: ibikkimna, jagħmilna inkapaċi nikkomunikaw magħna nfusna, ma’ Alla u mal-oħrajn. Xi ħadd imbikkem hu xi ħadd li ma jistax jitkellem, ma jistax jikkomunika u allura huwa maqtugħ għalih innifsu.

Nistaqsi: jiena mbikkem ma’ Alla, miegħi innifsi u mal-oħrajn… ma’ dawk l-iktar qrib tiegħi? Jekk inhu l-każ, naħseb wasal iż-żmien li nirrevedu l-prijoritajiet tagħna u nqegħdu ftit darna f’postha.

 

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook