12 ta’ Diċembru 2014

Il-Bniedem Hieni … Ma Jitlajjax fid-Dnub

(Iż 48:17-19; S 1; Mt 11:16-19)

JitlajjaxX’jagħmel bniedem “hieni” quddiem Alla? Huwa dak li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jitlajjax fid-dnub tiegħu, u lanqas ma joqgħod maż-żeblieħa. Huwa dak li lejl u nhar jaħseb fuq il-liġi tal-Mulej. Meta, fil-fatt, il-Bibbja titkellem dwar il-liġi ta’ Alla ma tkunx qegħda tifhem sempliċiment il-preskrizzjonijiet legali li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra permezz tal-Kittieba, il-Fariżej, u x-Xjuħ tal-poplu. Pjuttost, qabel dan kollu, il-Bibbja għandha f’moħħha l-Kelma Qaddisa ta’ Alla li tingħata lill-bniedem mhux b’merti tiegħu iżda minħabba inizjattiva purament divina. Meta fil-Bibbja naqraw li l-bniedem “hieni” huwa dak li jimmedita lejl u nhar il-liġi ta’ Alla l-Ħaj, ħsiebna mill-ewwel imur fuq dak li ħajtu sħiħa jgħixha b’dispożizzjoni totali għal Alla. Huwa dak il-bniedem attent għal dak li Alla jixtieq li jitwettaq permezz tiegħu. Mela l-liġi ta’ Alla hija l-Kelma tiegħu li toħloq mix-xejn, tnissel fil-ġuf, u tagħmel possibbli dak li għall-bniedem huwa impossibbli għax “għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.”

Din il-liġi ta’ Alla waslet għall-perfezzjoni tagħha fil-persuna ta’ Ġesù Kristu. Huwa nefaħ mill-ġdid fiha n-nifs divin, l-Ispirtu tiegħu, meta lill-bnedmin urihom li “mhux kull min jgħid ‘Mulej, Mulej’ jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”. U din it-twissija hija speċjalment f’waqtha fil-kuntest tal-Evanġelju tal-lum li fih naraw il-Lhud jgemgmu kontra kemm Ġwanni l-Battista (għax f’għajnejn il-poplu kien wisq axxetiku u maqtugħ) u kemm kontra Bin il-Bniedem (għax f’għajnejn il-poplu kien wisq ordinarju biex ikun bniedem ta’ Alla). It-tgemgim tal-Lhud jista’ jkun it-tgemgim tagħna kull darba li nagħżlu li nemmnu l-preġudizzji, l-opninjonijiet, u l-kaxxi tagħna aktar milli l-verità tal-persuna l-oħra. Agħar u agħar meta dawn il-preġudizzji tagħna nferxxuhom bil-kliem u t-tqassis żejjed kontra xulxin. Li naħsbu lejl u nhar fuq il-liġi tal-Mulej, li nkunu bnedmin ta’ Alla, ifisser li noħorġu mill-qoxra u l-istrutturi tagħna u nkunu lesti li niltaqgħu mal-ieħor hemm fejn hemm bżonn.

Nistaqsi: kemm weġġajt nies, bla ma naf, bit-tqassis żejjed, il-preġudizzji tiegħi, u informazzjoni żbaljata kontra għajri?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook