Fir-rakkont tas-sejħa ta’ Levi fl-Evanġelju skont San Mattew insibu żewġ verbi ta’ azzjoni mportanti ħafna: “bilqegħda” u “qam”. Levi kien publicanus jew τελώνης, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi. Lhudi mixtri miċ-censores, Uffiċċjali ta’ Ruma responsabbli mill-ġbir tat-taxxi. il-pubblikan kien jgħix billi jdabbar f’butu dak li jista’ mill-ġbir tat-taxxi li jmorru għall-Imperu Ruman. Għaldaqstant il-Lhud kienu jħarsu lejn il-pubblikan mhux biss bħala traditur ta’ niesu imma wkoll sangisug, agħar minn mara tat-triq u mill-ikbar midneb.

Matthew

San Luqa jispeċifika li Ġesù sab lil dan ir-raġel “bilqegħda”, imwaħħal mal-mejda tat-taxxi. Il-mejda tal-jasar tiegħu, il-mejda li emarġinatu mill-poplu tiegħu, il-mejda tax-xogħol maħmuġ ta’ wieħed mixtri mill-Uffiċċjali Rumani. Ġesù jgħaddi quddiemu u ma jarax pubblikan, imma l-ewwel u qabel kollox jara bniedem, bniedem imjassar li jeħtieġ ħelsien. Kelma ried dan ir-raġel: “Ejja warajja!”, kelma li toffrilu ideal aħjar minn dak li tjassar għalih! Għax aħna l-bnedmin ma ninqalgħux mill-jasar tagħna, mill-gaġġa tagħna, mir-rabtiet diżordinati tagħna jekk ma nsibux alternattiva aħjar! Din l-alternattiva hija Ġesù u l-ħelsien li hu jagħti. Għalhekk l-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum ukoll, mill-Profeta Isaija (Is 58:9-14), jiftaħ bis-sejħa għall-ħelsien mill-jasar jew oppressjoni. Ġesù lil Levi jagħtih dal-ħelsien u għalhekk huwa qam. Dan il-verb l-ieħor ta’ azzjoni, fl-evanġelji, jorbot mal-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt, mal-ħelsien mill-jasar. Levi mhux biss qam fiżikament mill-mejda imma qam fl-ispirtu tiegħu. Mhuwiex iktar imjassar imma huwa ħieles, ħieles li jagħti lilu nnifsu. Mill-mejda tal-jasar huwa jgħaddi għall-mejda tal-ħelsien fi Kristu, il-mejda li hu ħejja għal Ġesù u għall-imjassrin bħalu: il-kotra tal-pubblikani.

Il-mejda tal-ħelsien li fuqha joqgħod Ġesù hija l-mejda tal-inklużjoni, tal-qsim tal-ħajja, tal-għotja ħielsa lill-oħrajn… hija l-mejda li turi minn qabel il-mejda tal-Aħħar Ikla li fiha wkoll Ġesù jiġbor l-imjassrin biex jagħtihom b’ħelsien kbir lilu nnifsu, ġismu u demmu. Jalla bħal Levi ngħaddu mill-mejda tal-jasar għal fuq il-mejda tal-ħelsien, il-mejda ta’ Ġesù li fuqha Levi sar Mattew.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook