Mar 11th

WitnessIs-silta mid-diskors ta’ Ġesù (fi Ġw 5) li nisimgħu llum jeħodna lura għall-kuntest tal-Qrati. Meta akkużat jittella’ l-qorti għax ikun mixli b’xi ħaġa kontra tiegħu, dak li l-iżjed jgħodd u li l-ġuri l-aktar li joqogħdu fuqu, m’huwiex fil-fatt dak li l-akkużat għandu xi jgħid fuqu nnifsu imma preċiżament ix-xhieda. Il-kelma tagħhom tgħodd tant li tista’ tiddetermina l-kredibiltà tal-akkużat innfisu, u turbot u tħoll is-sentenza finali.

Wara li aktar kmieni fid-diskors smajna lil Ġesù jtenni x’inhuma l-għeruq tiegħu, jiġifieri, ir-relazzjoni intima tiegħu mal-Missier, issa nimxu pass ieħor biex naraw li dak li qed jgħid huwa minnu mhux għax biss qed jgħidu hu, imma għax diversi xhieda jixhdu li Ġesù huwa verament dak li qed jgħid li hu. Jissemmew erba’ xhieda:

1. S. Ġwann il-Battista, bħal lampa li wera u ħejja t-triq tal-Mulej, ma ġibidx in-nies lejh imma bagħathom għand il-Ħaruf t’Alla. 

2. Il-ġesti ta’ Ġesù, is-sinjali li huwa wettaq flimkien mal-mirakli jixhdu għall-qawwa ta’ Ġesù li m’hijiex ġejja minn imkien għajr il-Missier. 

3. Il-leħen tal-Missier innifsu li għal darbtejn instema’ jgħid lin-nies biex jisimgħu mill-Iben l-Għażiż u l-Maħtur tiegħu. 

4. L-Iskrittura Mqaddsa, l-aktar il-profeziji tat-Testment l-Antik, diġà jsemmu x’tip ta’ Messija kien qed jistenna Iżrael. Ħafna mill-kapijiet reliġjużi kienu jistennew Messija qawwi, mexxej politiku, li jeħles lil Iżrael mill-ħakma pagana tar-Rumani. Imma l-Profeta Iżaija jagħtina stampa ta’ Messija ieħor, Qaddej umli li jbati u jieħu fuqu l-mard tagħna.

Fid-dinja tal-lum, jiena x’xhieda qed nagħti, għal Ġesù, għal xi ħadd ieħor, jew għalija nnifsi? Kemm dawk ta’ madwari jiena nikkonvinċihom bix-xhieda tiegħi ta’ Ġesù?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook