Element essenzjali fl-għixien tal-fidi nisranija huwa it-talb. B’mod speċifiku it-talb fl-isem ta’ Ġesu’ l-Iben ta’ Alla. It-talb għan-nisrani mhuwiex traħħim vojt bħal dak tal-pagani li fit-talb kienu jlabalbu kelma f’kelma permezz ta’ formoli u formularji biex jgħoġbu lill-allat u jżommuhom kwieti, jekk jista’ jkun ma jitkellmux. It-talb pagan kien prattiku u mibni fuq il-mentalita’ ta’: “noffrilek biex tagħtini”. Għaldaqstant it-talb kellu jkun preċiż, fir-ritwaliżmu, fil-kliem, u fl-offerta. Kważi kważi kien qisu maġija. Fit-talb pagan min jitlob huwa fiċ-ċentru ta’ kollox.

It-talb nisrani jinbena fuq il-fidi u l-imħabba ta’ Alla. Hu mibni fuq il-konvinzjoni li Alla mhuwiex għadu tagħna imma ħabib. Tista’ tirrelata miegħu bla biża’ u allura tista’ tkellmu u tħallih ikellmek għax il-kelma ta’ Alla ġġib salvazzjoni u mhux qerda tal-bniedem. L-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum mill-Profeta Iżaija, meħud mill-kapitlu 55, jurina li Alla jitkellem u li l-kelma tiegħu hi bħal xita li ssaqqi l-art u ttiha l-qawwa li tagħti l-frott. Ġesu’ jassigurana li Alla jaf x’neħtieġu, ma għandniex bżonn ħafna formaliżmi biex ngħidu hekk sabiex nuruh x’neħtieġu, sabiex nuruh x’hemm f’qalbna. Alla jaf x’inhu ta’ ġid għalina għax hu Missier. Ġesu’ jgħallimna nsejħu lil Alla, abba’… papa’ biex jurina li hemm relazzjoni intima bejna u bejnu, relazzjoni ta’ wlied. It-talb mela jgħallimna nirrelataw ma’ Alla bħala Missier, jiftaħna biex inkunu nafu min hu dan Alla u fl-istess ħin jiffurmana biex aħna nkunu tassew uliedu fil-mod ta’ kif ngħixu.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook