Nov 14th

Novembru fil-Karmnu tal-Mdina

ByCarmelite Priory Mdina | In News

Ix-xahar ta’ Novembru huwa wieħed interessanti u partikolari fil-Karmnu tal-Mdina. Kif ilkoll tafu matul dan ix-xahar niċċelebraw ix-Xirka tal-qaddisin u lill-għeżież mejtin tagħna. Il-Kannierja tal-Kunvent tagħmel l-esperjenza ta’ dan ix-xahar waħda sabiħa u meditattiva minħabba li din tgawdi devozzjoni kbira mill-popolazzjoni tal-lokal u minn diversi mxerrdin ma’ pajjiżna. Il-Kannierja, hija l-post tad-dfin għall-Patrijiet, Terzjarji u nies oħra u għalhekk għadha spazju ħaj fl-Imdina. Barra minnhekk il-post innifsu huwa sabiħ fl-arkitettura u l-qobra li hemm fiha, kif ukoll, kif jistqarr kull min iżurha, jinħass spirtu ta’ paċi kbira fiha.

Thomas MertonMatul ix-xahar ta’ Novembru il-Kannierja tiftaħ mis-7am sal-5pm. Nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa jkun hemm fil-5pm talb għall-għeżież mejtin tagħna u quddiesa. Il-Kannierja għadha kemm ġiet restawrata b’sistema ġdida ta’ dawl u tisbiħ. Matul is-sena tkun miftuħa nhar ta’ Sibt, f’Jum l-Omm u f’Jum il-Missier, il-Milied, l-Għid u l-Ewwel tas-Sena biex kull min għandu xi ħadd għażiż midfun fiha jkun jista’ jżuru bil-kumdità. Fil-kannierja hemm midfun P. Anastasju Cuschieri, il-Karmelitan li qeda lil Alla bħala reliġjuż u saċerdot, kif ukoll bħala Provinċjal tal-Karmelitani, waqt li qeda lil pajjiżna bħala Senatur fl-ewwel u t-tieni Assemblea Leġislattiva tal-Parlament Malti, kif ukoll bħala l-Poeta tal-Madonna u tal-Kelma Maltija. Huwa kien professor tal-filosofija fl-Università ta’ Malta. Il-qabar tiegħu jirrispetta xewqtu għas-sempliċità mmarkat biss b’salib ċkejken iswed. Aktarx li l-iktar mument importanti fl-istorja tal-kannierja kien is-26 ta’ Novembru 1968. Dakinhar l-Arċisqof Mikiel Gonzi mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-eżumazzjoni tal-fdalijiet ta’ P. Avertan Fenech, Karmelitan li għex u miet b’fama ta’ qdusija. Il-fdalijiet tiegħu illum jinsabu midfuna fil-Knisja.

Aħna nistednuk iżżur il-kannierja u tinġabar fit-talb għall-għeżież mejtin tagħna. Għall-Għid tal-Imwiet iċċelebrajna l-Għasar fil-Kanneirja u wara kellna l-ikla tradizzjonali Maltija tal-Erwieħ. Id-dħul minn din l-ikla mar kollu għall-karità bħala għajnuna għall-proġett tal-Provinċja Karmelitana Maltija li tilqa’ f’wieħed mill-kunventi tagħna, f’parti riservata għalihom, refuġjati li minħabba l-periklu tal-gwerer u vjolenza kif ukoll persekuzzjoni tal-fidi qed jaħarbu minn pajjiżhom. Minn hawn inroddu ħajr lil dawk kollha li ħadu sehem f’din l-ikla tas-sehem tagħhom u tas-somma sabiħa ta’ 500 Euro li nġabret mill-qliegħ tal-ikla għal din il-kawża ġusta.

Is-sena 2015 timmarka għeluq il-100 sena mit-twelid ta’ Thomas Merton, Monaku Trappista, kittieb prolifiku u magħruf dwar il-ħajja spiritwali u mistika li ħalla marka fuq il-ħajja spiritwali ta’ ħafna fis-seklu għoxrin sa żmienna.

Merton bl-esperjenza mistika tiegħu u b’kitbietu kien ukoll għodda li tmexxi ’l quddiem id-djalogu bejn it-tradizzjoni mistika nisranija u dik tal-Lvant Imbiegħed b’rabtiet mal-Buddiżmu, l-Induwiżmu u l-bqija.

Merton kien ukoll attivista fejn tidħol il-promozzjoni tal-Paċi fid-dinja u b’kitbietu reġà tefgħalna ħarsitna dwar l-impatt politiku u soċjali tal-esperjenza mistika tal-bniedem magħqud ma’ Alla. Matul din is-sena saru diversi attivitajiet li fakkru dan il-ġgant tal-letteratura spiritwali u mistika fis-seklu għoxrin. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija flimkien mal-Carmelite Institute Malta se nfakkru lil Thomas Marton b’seminar bejn il-21 u t-22 ta’ Novembru bl-għan li niskopru mill-ġdid dan l-awtur u kitbietu li huma tant attwali għal żminijietna.

Għad baqa xi postijiet għal min irid jieħu sehem. Min jixtieq jibbukkja post jikkuntattja l-organiżżaturi mis-sit eletroniku.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook