Sep 30th

Logo_FooterWara l-pawsa tas-Sajf f’Awissu qed nipproponulkom u nistednukom tkomplu tieħdu sehem fil-ħajja tal-Kunvent flimkien magħna r-reliġjużi u l-lajċi li nispiraw irwieħna mis-sejħa spiritwali Karmelitana. Kif tafu dan nagħmluh mhux biss b’attivitajiet reliġjużi imma wkoll b’dawk formattivi u kulturali. Għaldaqstant inħeġġukom biex iżżuru s-sit elettroniku tagħna sabiex ikollkom ħjiel tal-attivitajiet maħsubin għal dan l-istaġun. Infakkrukom fl-appuntament tal-Lectio Divina kull tielet Sibt tax-xahar, il-qari u l-istudju tal-mistiċi fit-Titus Brandsma Circle, il-korsijiet ta’ formazzjoni spiritwali u teoloġika organizzati mill-Istitut Karmelitan, li din is-sena jibdew fit-3 ta’ Ottubru, u seminars oħrajn. Għat-tieni sena se nieħdu sehem fil-proġett Stejjer Imfewħa b’kollaborazzjoni ma’ NGO’s lokali li jippromwovu kultura ta’ djalogu, rispett reċiproku bejn persuni ta’ diversi kulturi u ġnus. Din is-sena wkoll jitkompla l-kors tal-Masters fit-Teoloġija Spiritwali, b’attenzjoni fuq it-Tradizzjoni Karmelitana. Il-lezzjonijiet tal-Masters jibdew fit-28 ta’ Ottubru.

F’Ottubru jagħlaq iċ-ċentinarju tat-Twelid ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù. Kif diġà tafu fil-Karmnu tal-Mdina ċċelebrajna dan l-anniversarju b’diversi laqgħat, taħdidiet u pubblikazzjoni, kif ukoll bi ftuħ ta wirja u ċelebrazzjonijiet liturġiċi. L-aħħar attività li timmarka dan iċ-ċentinarju se tkun nhar it-30 ta’ Ottubru, b’interpretazzjoni letterarja u mużikali tal-Ktieb tal-Għamajjar ta’ Santa Tereża. It-test għal din il-lejla letterarja ġie mfassal mis-Sur Mario Azzopardi u l-interpretazzjoni tiegħu f’idejn il-Malta Drama Centre. Għal aktar attivitajiet marbutin ma’ dan iċ-ċentinarju żommu ruħkom aġġornati bl-informazzjoni mis-sit tagħna u mill-paġna facebook.

Bħas-soltu niċċelebraw ukoll fil-Knisja tagħna l-festa ta’ Santa Tereżina. Din is-sena fit-30 ta’ Ottubru se jkollna wara l-quddiesa tal-5.30pm taħdita qasira fuq il-ħajja u l-ispiritwalità tal-qaddisa fil-Knisja.

Waqt li nsellmulkom nittamaw li narawkom għall-attivitajiet maħsubin għax-xhur li ġejjin.

Tislijiet u Barkiet
Il-Komunità

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook