Mar 8th

ForgivenessXi wħud mir-rabbini ta’ żmien Ġesù kienu jżommu li wieħed għandu jaħfer biss sa tliet darbiet, inkella l-indiema ma tkun vera. Ġesù kien ta’ fehma oħra, wieħed għandu jaħfer bla qjies (ara Ġen 4:24) għaliex bla qjies hija l-ħniena tal-Missier. Biex juri dan, Ġesù imbagħad jispjega lilu nnifsu permezz tal-parabbola. X’qed turina din il-parabbola?

i. Is-Sid jaħfer lill-qaddej tiegħu d-dejn ta’ għaxart elef talent, u jistenna li l-qaddej jagħmel l-istess ma’ sieħbu. Il-ħniena kbira tal-Missier hija tant kbira li ma nistgħux inlaħħqu magħha. Imma dan ma jfissirx li ma nistgħux nimitawha. Huwa minnu li l-imħabba ta’ Alla lejn il-bnedmin hija infinita u ma nistgħux inlaħħqu magħha. L-istess salmista (49:8-10) jgħidilna,

“Ħadd ma jista’ jifdi lilu nnifsu, jew jagħti lil Alla l-prezz tal-fidwa tiegħu.
Għoli wisq il-prezz ta’ ħajtu, qatt ma jkun biżżejjed,
biex wieħed jgħix għal dejjem u ma jara qatt il-qabar.”

Imma fl-istess ħin huwa minnu wkoll li l-ħajja li għex Ġesù aħna lkoll għandna l-qawwa li tagħtina l-grazzja tal-magħmudija biex ngħixuha.

ii. Is-somma ta’ għaxart elef talent hija somma eżaġerata! Fi żmien Ġesù, din is-somma kienet tfisser li l-qaddej kellu jagħti lil Sidu daqskemm flus kienu jeżistu f’Iżrael kollu, somma eżaġerata tassew! Imma l-punt ta’ Ġesù m’huwa eżaġerat xejn. Jekk is-Sid ma kienx għaqli li jħalli d-dejn tal-qaddej jitla’ daqshekk, daqstant ieħor kien ħanin miegħu. Il-grazzja ta’ Alla hija tant profonda, inimaġinabbli, u ma nlaħqux magħha li kemm-il darba tiżboq il-limiti kollha tagħna. Il-ħniena tas-Sid tagħmel possibbli dak li għall-qaddej kien impossibbli … il-maħfra. Kieku s-Sid ħalla r-rabja tiġri bih u tefa’ lill-qaddej u l-familja tiegħu fil-ħabs jew begħhom bħala lsira, xorta kien jitlef. Ir-rabja ma twassal imkien. Imma l-maħfra li ħierġa mill-qalb (v. 35), maħfra sinċiera (Is 59:13), għandha l-qawwa li timita lil Alla li jaħfer lilna lkoll li nonqsuh.

Alla, permezz tal-profeta Ġoel, jgħidilna llum, “erġgħu duru lejja bi qlubkom kollha, għax jien twajjeb u ħanin.” (Ġoel 2:12-13)

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook