narahMit-tielet Ħadd tal-Avvent, dan iż-żmien liturġiku jibdel it-tonalità. Minn żmien li fih nirriflettu fuq it-tieni miġja ta’ Kristu fl-aħħar taż-żmien, jinbidel fi żmien li fih inħejju ruħna għall-Milied. Il-vjola jinbidel f’roża u t-ton penitenzjali jinbidel f’wieħed ta’ ferħ li jasal fil-milja tiegħu dakinhar tal-Milied.

Il-Profeziji wkoll minn kelmiet ta’ tama jinbidlu fi kliem ta’ ċertezza bħal fil-qari tal-Quddiesa ta’ llum mill-Ktieb tan-Numri. Dan il-ktieb, ir-raba’ wieħed fil-Bibbja Lhudija jiftaħ bil-poplu taħt is-Sinaj, meta Alla għammar fosthom u jaqgħlaq bil-poplu Lhudi li lest jaqsam minn Moab għall-Ġordan biex jidħol fl-Art Imwegħda. Il-Ktieb tan-Numri għalhekk huwa l-milja ta’ dak li Alla wiegħed fil-Ġenesi –għotja tal-art-, u dak li beda fl-Eżodu –ħelsien mill-jasar-. Balgħam, il-bniedem tad-dehriet jara dak li għadu fil-bogħod, u jilmaħ ġej lil dak li għadu ma deherx. Huwa qed jitkellem dwar ħakkiem li jaħkem fuq Edom u Mowab. F’din l-espressjoni poetika, hemm imniżżla r-realtà tal-messaġġier ta’ Alla li minn qabel jara u jilmaħ dak li l-bqija tal-bnedmin ma jarawx.

Il-viżjoni tal-profeta tmur ’il bogħod quddiemu u jara il-futur ta’ Alla għall-poplu tiegħu. Il-profeta xi ftit hu ħalliem, ħalliem mhux fl-arja iżda ħalliem li joħlom il-ħolma ta’ Alla għall-poplu tiegħu. Inti x’taħseb li hi l-ħolma ta’ Alla għalik?

 

One Comment to "“Qiegħed narah, imma mhux għalissa; nħares lejh, imma mhux fil-qrib.”"

  • N N
    15/12/2014 at 8:43 pm

    Lill Gesu”Jien nghid alija ma noqghodx nistennii eh darba fis sena izda nsibu kulljum fl Ewkaristija specialment fil Quddisa ta kulljum . Nixtieq li ma nonqos qatt. Hemm mhux bambin tax xema izda Gesu: haj bid Demm u l-Gisem. Dik hi il qawwa tas sacerdot.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook