maqsumaIl-Kelma ta’ llum tkompli ddaħħalna fil-fond taż-żmien u l-missjoni messjanika ta’ Ġesù karatterizzati mill-fejqan u l-universalità tas-salvazzjoni. Din il-missjoni u dan iż-żmien ġie inawgurat bi Kristu u jkompli fil-komunità ta’ dawk li jemmnu fih.

Isaija jgħidilna li l-Mulej huwa għalina għalliem li jħallina ngħaddu mill-iebes u mit-tiġrib. Hu jagħmilna mgħallma mit-triq tat-tiġrib, jisqina d-dmugħ u l-ħobż tat-tbatija interjuri. Kif nistgħu inkunu bħalu u nkomplu l-missjoni tiegħu u l-preżenza tiegħu ta’ ħelsien u salvazzjoni fost il-bnedmin ħutna jekk aħna ma’ nagħmlux esperjenza ta’ xi tfisser tgħum fid-dmugħ u tiekol ħobż it-tbatija?

Il-kliem tagħna, ix-xhieda tagħna tibqa teorija sabiħa fl-ajru maqtugħa mir-realtà tal-ħajja u ma nkunux relevanti għall-bqija tal-bnedmin. Kristu nnifsu għażel għalih din it-triq. Hu ħa fuqu dak kollu li hu tagħna biex minn hemm jagħtina dak kollu li hu tiegħu ta’ Alla u jsalvana milli naqgħu ilsira ta’ din id-dinja li tgħaddi. Ix-xhieda tagħna tkun waħda ta’ awtentiċità meta b’saqajna mal-art ngħaddu mit-tiġrib li ħadd ma jista’ jaħarbu u f’dan it-tiġrib insibu l-grazzja tas-salvazzjoni tagħna. B’hekk nistgħu inkunu xhieda. Lill-appostli tiegħu fl-evanġelju ta’ llum jibgħathom bl-istess missjoni tiegħu ħalli jkomplu l-opra tiegħu ta’ salvazzjoni. Dan jirrikjedi iżda li nħallu lilu l-ewwel jibdilna fi bnedmin ġodda billi nħalluh jgħaddina wkoll mill-morsa u hekk inkunu misjuba tajba għax-xogħol ta’ ħaddiema fil-ħsad tiegħu. Meta wieħed jiggradwa u jidħol fid-dinja tax-xogħol, skont l-ispeċjalizzazjoni tiegħu, iċ-ċertifikat jindika li l-persuna konċernata “periculis praescriptis sat bene factis” (għaddiet tajjeb mit-tiġrib imfassal u maħsub għaliha) u hekk issa tajba u lesta biex tiġi afdata fuq xogħol jew missjoni. Hekk fil-ħajja tagħna ta’ xhieda, Alla jgħaddina mit-tiġrib imfassal u maħsub għalina, għall-karattru tagħna, għall-edukazzjoni u l-formazzjoni tal-moħħ u l-qalb tagħna. Dan kollu jekk inħalluh, jittrasformana fi bnedmin ġodda fis-Saltna.

Nistaqsi: x’inhu t-tiġrib tiegħi? Minnu kif se joħroġ ix-xandir tal-evanġelju bil-fomm u bl-eżempju?

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook