23 ta’ Diċembru 2014

L-Ikona ta’ San Ġwann il-Battista

(Mal 3:1-4.23-24; S 24; Lq 1:57-66)

L-ikona li tidher hawn fil-ġenb turi lil San Ġwann il-Battista. Fl-Orjent Nisrani il-Battista mhux biss huwa msejjaħ “il-Predeċessur tal-Mulej” iżda wkoll “l-Anġlu tad-Deżert”. Dawn iż-żewġ modi ta’ kif aħna l-Insara nirreferu għall-Battista jirrispondu l-mistoqsija tal-qraba u l-ġirien fl-Evanġelju tal-lum: “Mela x’għad ikun dan it-tifel?”

BattistaL-ikona ta’ Ġwanni l-Battista turina għadd ta’ dettalji sbieħ li jpaxxu lill-għajn kif ukoll ir-ruħ fil-meditazzjoni. Karatteristika importanti huma ż-żewġ ġwienaħ tal-Battista li jokkupaw ċ-ċentru tal-ikona. Huwa fil-fatt komuni ħafna li fl-ikoni Ortodossi narawh irrapreżentat b’dal-mod. Il-ġwienaħ ifakkruna li, bħall-anġli li jħabbru l-Kelma tal-Mulej fuq l-art, hu wkoll kellu jkun l-ikbar u l-aqwa fost il-messaġġiera ta’ Alla għax seħħlu li mhux biss iħabbar imma juri ‘l Iben t’Alla nnifsu meta qal: “Dan hu l-Ħaruf t’Alla, dan hu dak li jneħħi d-dnubiet tad-dinja”. Il-ġwienaħ ifakkruna wkoll fis-safa: is-safa tal-anġli in kwantu ħolqien li jgawdu l-Wiċċ ta’ Alla fis-sema, kif ukoll is-safa tal-Battista li diġà minn issa fuq din l-art bħal donnu jduq mill-ħlewwa ta’ dak il-Wiċċ Divin. Fil-fatt, il-ħajja axxetika li għex Ġwanni l-Battista fid-deżert ma kinitx għażla b’kapriċċ. Kienet kollha kemm hi orjentata lejn Alla biex jissaffa minn dak kollu li hu tal-art u jintefa’ b’ruħu u ġismu fl-imitazzjoni tal-ħajja divina. Mhux ta’ b’xejn li fl-ikona s-smewwiet jinsabu miftuħin: permezz tiegħu Alla jkellem direttament lill-bnedmin biex jurihom lil Ibnu li fih jitgħaxxaq.

Għaldaqstant il-ħajja tal-Battista kienet anġelika għax (1) seħħlu jxandar li l-miġja tal-Mulej hi fil-qrib; u (2) għall-ħajja li għex fid-deżert, ħajja kasta, axxetika, u f’talb kontinwu, bil-moħħ u l-qalb il-ħin kollu ffissati mhux fl-art imma fil-ġenna. Il-ħajja “anġelika” tal-Battista ispirat ukoll mijiet u mijiet ta’ nisa u rġiel monaċi li ħarġu fid-deżert ‘il bogħod mill-aljenazzjonijiet tal-belt biex jingħataw kollha kemm huma, bħall-Battista, għal Alla. Għalhekk il-ħajja monastika, speċjalment fl-Orjent, hija msejħa “ħajja anġelika”.

Għalkemm mhux kulħadd huwa msejjaħ għall-ħajja monastika jew eremitika fid-deżert, ċertament li n-Nisrani tal-lum huwa msejjaħ li, bħall-Battista, jgħix “ħajja anġelika”, ħajja ta’ talb kontinwu, safa, u attenzjoni għall-ħwejjeġ tas-sema, u għal dak li Alla jrid jgħid lid-dinja permezz tagħna.

One Comment to "L-Ikona ta’ San Ġwann il-Battista"

  • N. N
    23/12/2014 at 8:43 pm

    Jien li nara il kobor ta Gwanni il Battista huwa meta niftakar fil Haruf T’Alla ghax Gwanni kien L-ewwel li gharaf lil Gesu.Bhal haruf Gesu kellu jigi maqtul u jxerred demmu kollu ghal fidwa taghna u lmahfra ta dnubietna.

Go Ahead, Leave A Comment

Name *: Mail *: won´t be published Website
Comment*:

NEXT EVENT :

Spirituality and Politics

CONTINUE READING OR

SERVICES

  • 6:30 am Rosary
  • 6:45 am Lauds
  • 7:00 am Holy Mass
  • 12:30 pm Office of Readings & Midday Prayer
  • 5:30 pm (Wednesdays) Holy Mass
  • 7:00 pm (Saturdays) Lectio Divina in common
  • 7:30 pm Meditation
  • 8:00 pm Vespers
  • Full schedule

 

OUR LOCATION

Carmelite Priory Villegaignon Street Mdina, Malta
 
  • Our News

    Stay Updated
  • Recent Events

    What are we up to?
  • Blog Topics

  • Subscribe: Events RSS

    • RSS Feed for Posts
  • Subscribe: Blog RSS

    • RSS Feed for Posts
  • COPYRIGHT © THE CARMELITE PRIORY. ALL RIGHTS RESERVED.
    Follow us on  Facebook